Frida Kahlo fis-Sekondarja taż-Żejtun

frida_kahlo_self_portrait

Nhar it-Tnejn 14 ta’ Jannar 2013 stednuni biex nagħmel sessjoni dwar il-letteratura mal-istudenti tas-sekondarja tal-bniet taż-Żejtun, dik li fiż-żmien meta l-iskejjel tal-Gvern ma kinux kollha msemmijin għall-qaddisin tas-sema kienu jsejħulha l-Junior Lyceum ta’ Carlo Diacono.

Adrian Grima - Vlegga Kkargata - Poeziji KKM_q

Fl-ewwel parti tas-sessjoni li għamilna flimkien qrajt xi poeżiji minn Vleġġa Kkargata, “Adrian l-Pulizija,” “Min Jaf” u “Minuta Nifs,” u “Anja l-Bandli,” u mbagħad ippreżentajt parti minn film dwar Frida Kahlo li tissemma sew f’waħda mill-istejjer tiegħi, Hawnhekk tkellimt ftit dwar il-funzjoni kruċjali li għandu r-ritmu fil-poeżija, ritmu li ma jiġix waħdu imma jrid jinħadem b’attenzjoni u dixxiplina biex imbagħad iħalli effett “naturali” ħafna fuq il-qarrejja. Ridt ninsisti li l-poeżija mhix biss “tema,” kif jagħti x’jifhem is-sillabu (issa l-antik) tal-Malti għall-eżami tal-Matrikola imma hija ħafna iżjed minn hekk: ritmu, immaġinazzjoni, metafora, xbihat, tonalità, provokazzjoni verbali, emozzjoni…

“Il-Kuluri Mxarrbin tal-Ħuta,” fil-ġabra Din Mhix Logħba. Uħud mill-istudenti tkellmu dwar x’laqathom fil-parti mill-film li rajna u wieħed mill-punti li ssemmew kien li r-rappreżentazzjoni tal-ġrajja hija “reali ħafna.” L-argument li għamilt jien kien li dik l-impressjoni ta’ “realtà” jew “realiżmu” hija riżultat ta’ ta’ teknika ċinematografika li mhi “reali” xejn, fis-sens li fil-ħajja, ngħidu aħna, ma niċċaqalqux bis-“slow motion.” L-istess jiġri fil-letteratura: biex toħloq effett fuq il-qarrejja trid taħseb fuq kif qed tikteb, trid tfassal bir-reqqa, b’ispirazzjoni u fl-istess ħin dixxiplina. Ħafna drabi (imma mhux dejjem) l-effett aħħari huwa wieħed ta’ naturalezza jew ħeffa.

Imbagħad qrajt silta mill-istorja ta’ Maya u Neshe, il-protagonisti ta’ “Bħall-Kuluri Mxarrbin tal-Ħuta,” żewġ tfajliet, waħda Maltija u l-oħra Ċiprijotta, imnebbħin mill-pittura ta’ Frida Kahlo. Qrajt is-silta, pariġġ ix-xena li wrejt milll-film, li fiha Maya u Neshe jsibu ruħhom bla ħsieb f’sitwazzjoni simili għal dik ta’ Frida u Alejandro…

Adrian Grima - Din Mhix Loghba - Stejjer KKM_q

Wara s-sessjoni ħadt gost ħafna niltaqa’ u nitkellem ma’ xi studenti li għandhom passjoni għal-letteratura u l-arti. Ħadt pjaċir li aspetti differenti tas-sessjoni li għamilna flimkien għoġbuhom.

Nixtieq nirringrazzja lis-Sa Massabielle Zammit tal-inizjattiva, l-organizzazzjoni u l-entużjażmu, lil-librara, lill-amministrazzjoni, u lill-għalliema kollha, speċjalment dawk tal-Malti, li jgħallmu s-suġġett tagħhom b’mod professjonali u b’passjoni li tittieħed mill-istudenti.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s