Xi impenji oħrajn fl-2012:
F’Awwisu 2012 ħadt sehem fil-programm Kudos ta’ Norma Saliba, fuq One TV.
Ħadt sehem fil-programm Meander ma’ Mariella Pisani Bencini dwar il-ktieb li ħriġt mad-Dipartiment tal-Malti fuq Dun Karm.
Ħadt sehem ukoll fis-sensiela televiżiva fuq Leli ta’ Ħaż-Żgħir biex nagħti kumment fuq ir-rumanz.
Mort l-iskola sekondarja ta’ Tal-Ħandaq biex naqra xi xogħol tiegħi u nitkellem dwar il-letteratura.
Għamilt sessjoni dwar il-letteratura fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl.
Għamilt sessjoni dwar il-Kritika tal-Proża fil-Junior College tal-Università ta’ Malta.
Mexxejt il-kors ta’ kitba kreattiva tal-poeżija, Ritmi Mqallba, bis-sehem ta’ għadd ta’ poeti, bejn Fraru Mejju.
F’Jannar ktibt u qrajt storja bl-isem ta’ “Kif Tħassar Storja,” bħala parti minn proġett ta’ arti viżiva ta’ Mario Cassar dwar ir-ritratti “politiċi.” Ir-ritratt tiegħi kien dak tal-poster tal-qtil ta’ Raymond Caruana.
Ħadt sehem fil-programm “Bijografiji” tal-kumpanija Where’s Everybody fuq TVM dwar Dun Karm.
F’Jannar, fil-ktejjeb Setembre a Malta, il-poeta Katalan Miquel Desclot ippubblika verżjoni tiegħu ta’ “It-Traġedja tal-Iljunfant li Ried Jidħol f’Gaġġa tal-Għasafar” bil-Katalan.
Il-poeżija tiegħi “B’Idejna” minn Rakkmu (2006) intgħażlet bħala waħda mill-kitbiet fil-ktie tal-letteratura għall-istudenti tal-Malti (għall-eżami ta’ tmiem is-sekondarja tal-Matsec) Bejn Ħaltejn. Ma kontx qed nistennieha, imma nifhem il-funzjoni tagħha fil-ktieb bħala xogħol li jitkellem dwar in-nazzjonalità.
Il-poeta Malti li jgħix Londra John Aquilina rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, is-sezzjoni tal-poeżija, bil-ktieb ippubblikajt minni permezz ta’ Edizzjoni Skarta, Leħnek il-Libsa Tiegħi.