Nagħmlu Storja Tinkiteb – Kors Prattiku Intensiv ta’ Kitba tan-Novella

DEGREEPLUS – DGP0455 – Kors Prattiku Intensiv ta’ Kitba Kreattiva

Nagħmlu Storja Tinkiteb – L-Erbgħa 12.00 – 14.00

Jibda l-Erbgħa, 20 ta’ Frar 2013

immanuel mifsud

Għeżież studenti, kollegi u ħbieb,

Nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Frar 2013 jibda dan il-kors ta’ 10 sessjonijiet ta’ sagħtejn il-waħda. Irreġistra billi tuża l-kodiċi u l-isem tal-kors DGP0455 Nagħmlu Storja Tinkiteb.

F’dan il-kors prattiku intensiv dwar il-kitba tan-novella bil-Malti li se jsir għat-tieni darba fl-Università, se jagħtu s-sehem tagħhom, fost l-oħrajn, Clare Azzopardi, Adrian Grima, Suzanne Joinson, Bernard Micallef, Immanuel Mifsud, Emanuel Psaila, u Trevor Żahra, awturi li isimhom huwa marbut mal-letteratura kontemporanja.

L-għaxar sessjonijiet ta’ sagħtejn il-waħda jittrattaw b’mod konkret aspetti fundamentali fil-kitba ta’ storja. F’kull sessjoni l-istudenti jkollhom ħin biex jaħdmu fuq storja tagħhom li mbagħad jippreżentawha, jekk ikunu jixtiequ, fi tmiem il-kors.

Il-programm jinkludi sessjonijiet dwar il-karatteristiċi speċifiċi tan-novella, l-istrateġiji narrattivi, l-iżvilupp tal-karattri, ir-ritmu tal-proża, il-vuċi u t-ton, u s-sehem sikwit determinanti tal-metafora u l-lingwaġġ figurattiv inġenerali fin-narrattiva kontemporanja.

F’kull sessjoni jingħataw eżempjita’ kitba mill-aqwa minn letteraturi differenti u jkun hemm ħin għal diskussjoni dwar aspetti partikulari tat-teknika u l-esperjenza tal-kitba.

L-istudenti tal-Università li jixtiequ jattendu jridu jirreġistraw bejn il-5 u l-15 ta’ Frar. Aktar tagħrif hawnhekk: http://www.um.edu.mt/degplus/studyunit/DGP0455

Suzanne_Joinson

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-kors Nagħmlu Storja Tinkiteb, bl-għajnuna ta’ Inizjamed se tagħti sessjoni r-rumanziera Ingliża Suzanne Joinson, awtriċi tar-rumanz A Lady Cyclist’s Guide to Kashgar (Bloomsbury, 2012). Suzanne Joinson taħdem fid-dipartiment tal-letteratura tal-British Council u żżur sikwit il-pajjjiżi tal-Lvant Nofsani, l-Afrika ta’ Fuq, iċ-Ċina, u l-Ewropa. Fl-2007 rebħet il-premju New Writing Ventures għall-Kitba Kreattiva mhux Narrattiva b’“Laila Ahmed.” Bħalissa qed tagħmel dottorat fil-Kitba Kreattiva ma’ Goldsmiths College, fl-Università ta’ Londra u tgħix mal-baħar fin-Nofsinhar tal-Ingilterra. A Lady Cyclist’s Guide to Kashgar ġie nnominat għall-Anobii First Book Award. http://www.suzannejoinson.com/

Hemm paġna dwar dan il-kors fuq il-Facebook bl-isem ta’ Nagħmlu Storja Tinkiteb.

Dr Adrian Grima – Dipartiment tal-Malti – Fakultà tal-Malti – L-Università ta’ Malta


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s