Tnedija ta’ Ici arrivent les mouettes

Meħud minn Elizabeth Grech
Meħud minn Elizabeth Grech

Għada l-Ġimgħa, 30 ta’ Nov., fis-6.30pm, f’sala ġdida fjamanta f’Dar l-Emigrant, żewġ passi ‘l bogħod mir-rixtellu tal-Barrakka ta’ Fuq, il-Fondation de Malte se tniedi l-ktieb ta’ poeżiji ta’ Adrian Grima tradotti għall-Franċiż minn Elizabeth Grech, Ici arrivent les mouettes / Hawn Jidħol il-Gawwi.

Se jkun hemm qari bil-Malti u bil-Franċiż akkumpanjat minn daqq fuq kitarra bass, fotografija mill-isbaħ, u riċeviment wara. Naturalment, ikun hemm il-ktieb, bil-qoxra sabiħa ddisinjata minn Marco Scerri, għall-bejgħ.

Skont Philippe Parizot-Clerico, il-poeżija ta’ Adrian Grima, maħluqa kemm biex in-nies jaqsmuha bejniethom fil-kafejiet, fl-isqaqien, fil-clubs tal-jazz, kif ukoll biex idduqha waħdek, tħeġġek biex tieħu pożizzjoni. Il-poeżija tiegħu tagħti leħen lit-tfal, lin-nisa, lill-anzjani, lill-immigranti irregolari, lis-suldati mixlija bi mġiba ħażina, lid-difensuri tan-natura, saħansitra lil bliet sħaħ, lil dawk li mhux soltu jkollhom il-possibbiltà jsemmgħu leħinhom. Trid tara lil Adrian jaqra dawn it-testi fil-pubbliku biex tapprezza l-bidla fl-istat emozzjonali u fiżiku li kapaċi joħloq il-qari ta’ poeżija miktuba mill-perspettiva tal-minoranzi.

One thought

  1. Grazzi lil Elizabeth Grech, traduttriċi u poetessa, Grazzi lil Samwel, bassist ta’ veru, u grazzi lil David Raphael Busuttil, pubblikatur sensittiv għall-arti u ħabib!

    Nirringrazzja wkoll lill-Mużew tal-Migrazzjoni u Fr. Alfred Vella, Marco Scerri ta’ qoxra mill-isbaħ, Philippe Parizot-Clerico, ħija f’Pariġi u awtur tad-daħla, u Mohammed El Amraoui tal-pariri. U grazzi kbira lil dawk il-ħbieb kollha li mlew is-sala għat-tnedija ta’ Ici arrivent les mouettes u ħolqu mument speċjali.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s