Ġejja l-Elezzjoni fil-Librerija Pubblika ta’ Pembroke

Image

Ara r-ritratti

Fil-5 ta’ Diċembru, fis-7.00pm, se naqra miż-żewġ kotba l-ġodda tiegħi għall-adolexxenti, Din Mhix Logħba u Vleġġa Kkargata, fil-librerija pubblika ta’ Pembroke fil-bini tal-Kunsill Lokali. Qabli, fis-6.00pm, Clare Azzopardi se taqra lit-tfal mill-kotba tagħha. Grazzi lil Lara Calleja u l-Kunsill tal-istedina.

F’dan l-avveniment se tieħu sehem ukoll l-artista Karen Caruana li se tesebixxi wħud mill-pitturi mill-isbaħ li għamlet għal dawn il-kotba. Żgur li x-xogħol tagħha għandu jispira lill-familji preżenti għall-qari.

Ħafna mill-poeżiji u l-istejjer li bi ħsiebni nippreżenta f’dan il-qari f’Pembroke huma addattati wkoll għal udjenza adulta. Nittama li jkun hemm ħafna familji li jattendu u jieħdu sehem attiv f’dan l-avveniment bir-reazzjonijiet tagħhom għall-kitbiet u l-esperjenzi tagħhom dwar il-qari. Xogħol li żgur se naqra huwa “Ġejja l-Elezzjoni,” storja li ktibtha snin ilu imma, min jaf għaliex?, tibqa’ dejjem attwali!

Il-kotba jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet kollha, mill-Klabb Kotba Maltin u mis-Sierra Book Distributors, li jġibuhomlok id-dar mingħajr spejjeż żejda.

http://www.facebook.com/PembrokePublicLibraryMalta?notif_t=fbpage_fan_invite

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s