Nhar it-Tlieta, 24 ta’ Mejju 2011, fis-7:30pm, fit-tieni sular tal-librerija tal-Università ta’ Malta, se ssir konferenza dwar Ġużè Ellul Mercer (1897 – 1961), ġurnalist, politiku u prożatur, sabiex titfakkar il-50 sena minn mewtu.
Il-kelliema se jkunu l-Onor. Evarist Bartolo, Dr Adrian Grima, is-Sa Olivia Borg, u s-Sur Mark Vella.
It-taħdita ta’ Dr. Adrian Grima jisimha: “Inti bilqiegħda, qisek omm għaqlija. L-għeluq f’Leli ta’ Ħaż-Żgħir.”
Din l-attività hija organizzata minn grupp ta’ studenti tal-Malti bis-sehem tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università u l-Akkademja tal-Malti u hija miftuħa għal kulħadd. Id-dħul huwa b’xejn.
Ikun hemm ukoll wirja ta’ xi kitbiet tal-awtur li jinsabu fil-Librerija.
L-organizzatur ta’ din il-konferenza huwa Keith Azzopardi.