“Todo Relaciòn” bil-Belarussu

Kitba ta’ Yana Psaila

Bi pjaċir inħabbar li l-poeżija Maltija tiġi maqluba f’aktar lingwi u ppubblikata f’aktar pajjiżi tad-dinja! Fil-gazzetta letterarja popolari tar-Repubblika tal-Belarus “Літаратура і мастацтва” (Il-Letteratura u l-Arti) ħarġu l-poeżiji tal-poeti Maltin tradotti għall-Belarussu.

Malta fil-gazzetta letterarja Il-Letteratura u l-Arti

Dawn ix-xogħlijiet poetiċi huma ta’ Oliver Friggieri (“U l-Friegħi Imxewkin”), Louis Briffa (“Il-Ħolma tal-Brimba s-Safra”), Omar Seguna (“Frustrat” u “Qaluli”), Immanuel Mifsud (“Aqta’ Fjura U Ibni Kamra, Jew iċ-Ċajta tad-Dollaru”), Adrian Grima (“Todo Relaciòn”), Ġorġ Peresso (“Untouched by light” u “Poeżija hi…”), u Charles Coleiro (“Oħroġ Qamar”).

L-istess li kienu dehru fit-traduzzjoni għar-Russu s-sena l-oħra fl-almanakk letterarju «Созвучие» (Sożvuċie) maħruġ għat-XXX Fiera Internazzjonali tal-Ktieb li saret f’Minsk, il-belt kapitali tal-Belarus.

Yana Psaila


Leave a comment