Nhar it-Tnejn 22 ta’ April 2024 ħareġ għall-ewwel darba l-programm fis-sensiela ta’ Riċerkaturi fuq Campus FM li fih Wilfred Kenely intervistani fuq x’inhi l-letteratura u fuq aspetti tal-letteratura Maltija. Ir-recording sar fis-26 ta’ Marzu 2024.
Fil-programm tkellimna fuq id-differenza bejn il-letteratura u tipi oħrajn ta’ kitba; fuq il-poter radikali tal-immaġinazzjoni; fuq rumanz mhux tas-soltu bħal Lejn ix-Xemx ta’ Ġużè Bonnici; Concetta Brincat u l-manifesti tal-vapuri; it-traduzzjoni tal-letteratura kontemporanja Maltija għal lingwi oħrajn u l-isfidi li taqra fuq palk ma’ awturi kbar minn artijiet oħrajn; fuq Juann Mamo u r-rumanz tiegħu Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka (1930-31).
Ir-recording tal-programm jinsab hawnhekk:
Il-mużika li għażilt għall-programm kienet din:
Brikkuni – Jum il-Missier (2020)
Il-kanzunetta “Jum il-Missier,” li hawnhekk issibu l-lirika tagħha miktuba minn Mario Vella, dehret fl-album Il-Ħajja, Il-Mewt, In-Nisa tal-Brikkuni (2020).
‘Il-Ħajja, Il-Mewt, In-Nisa’ shares Rub Al Khali’s thematic concerns but the eleven songs presented here are delivered with a pop sensibility that is entirely at odds with it’s predecessor’s experimental nature. The band’s renewed penchant for strong hooks, sweet(er) harmonies and tight songwriting does not however come at the expense of curiosity.
Brikkuni’s willingness to operate out of their comfort zone and play around with unfamiliar genres and textures still manages to make ‘Il-Ħajja, il-Mewt, In-Nisa’ a rather unpredictable affair. One you’d hopefully want to involve yourself with time and again. (Released March 17, 2020)
Vinicio Capossela – Con i tasti che ci abbiamo (2023)
Brano tratto dall’album “Tredici Canzoni Urgenti“
La storia rinnova la vecchia lezione:
Al potere l’immaginazione! E invece dovremmo riscoprire il potere dell’immaginazione e fare ogni cosa Con i tasti che ci abbiamo, titolo della canzone che chiude il disco: da quello che c’è in cucina al pianeta che abbiamo a disposizione, fare con ciò che si ha e non con quello che si desidererebbe avere, confrontandosi con la finitezza delle cose e intravedendo una possibilità in ogni limite.
