In-novella “Arja” fil-Palk Ħieles tal-Festival

Nhar il-Ħamis 25 ta’ Awwissu 2022 fit-8.00pm, ħadt sehem fil-Palk Ħieles / Open Mic organizzat minn Inizjamed bħala parti mill-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2022 fil-bitħa ta’ wara, iżgħar, iktar intima, tal-Forti Sant Iermu, il-Belt Valletta.

“Il-pubbliku huwa mistieden biex juża l-mikrofonu, li se jkun ħieles, fi spirtu mieles, fi spazju jmiss mal-baħar Mediterran. Kull storja, poeżija jew kanzunetta hi merħba biha. It-traduzzjoni hija l-lingwa ta’ dan il-Festival, u għalhekk kull ilsien jew djalett huma milqugħa b’idejn beraħ. L-awturi mistienda tal-Festival se jkunu l-mistiedna speċjali tagħna.”

Waqt din l-attività miftuħa ddeċidejt li naqra minn novella li ktibt dan l-aħħar, fost l-oħrajn għaliex ridt nesperimenta ftit bil-qari ta’ xogħol ta’ proża fil-pubbliku, xi ħaġa li qatt m’għamilt.

Ritratti meħudin minn Virginia Monteforte għal Inizjamed

Għalhekk qrajt l-ewwel parti tan-novella tiegħi “Arja” li ktibtha bħala parti minn proġett tal-Aġenzija Żgħażagħ, bi sħab mal-Fondazzjoni HELA, bl-isem ta’ Asking YOU(th) u li fih hemm għadd ta’ kittieba stabbiliti u żgħażagħ u ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ minn Malta, is-Slovenja u l-Italja. L-editur tal-ġabra tal-kitbiet Maltin huwa Glen Calleja, li għenni ħafna bil-kummenti u s-suġġerimenti tiegħu, waqt li Clare Azzopardi qed tieħu ħsieb is-sehem tal-kittieba Maltin f’dan il-proġett.

In-novella “Arja” tinqeda bil-vuċi narratriċi ta’ omm, li meta kienet iżgħar kienet involuta sew fl-attiviżmu politiku u ambjentali, u matul il-ġurnata li fiha hija ambjentata l-istorja tinduna li ħadd ma jaf fejn tinsab bintha, li wkoll hija attivista akkanita. Il-ġrajja sseħħ f’Malta distopika li fiha anki l-arja ġiet ipprivatizzata.


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s