Is-Soċjetà Ġwejda ta’ Dun Karm

Studju tiegħi, “Is-Soċjetà Ġwejda ta’ Dun Karm,” dwar il-mod kif Dun Karm jirrappreżenta lis-soċjetà Maltija ideali tiegħu, għadu kemm deher f’ħarġa nru 140 tas-sena XXXIV tar-rivista Knisja 2000 tal-Ordni tad-Dumnikani (April-Ġunju 2022). L-editur ta’ din rivista huwa Patri Raymond Gatt OP u t-tema ta’ din il-ħarġa hija “Dun Karm: Għadu Rilevanti?.” Verżjoni elettronika sħiħa ta’ din il-ħarġa ssibuha hawnhekk. Il-kumment ta’ Alfred Sant dwar din il-ħarġa jidher hawn taħt.

Fl-artiklu tiegħi, permezz ta’ analiżi kritika tal-poeżija “Kennies” u riferimenti għal poeżiji oħrajn, niddiskuti dik li l-Prof. Oliver Friggieri jqisha bħala “l-kuxjenza soċjali” ta’ Dun Karm u l-pożizzjoni ta’ Mario Azzopardi li Dun Karm kien moħħu biex jiddefendi l-pożizzjoni privileġġjata tiegħu u qajla ta kas tat-tbatijiet tal-maġġoranza tal-poplu. Filwaqt li ma naqbilx li għandna niġġudikaw ix-xogħol tal-kittieba, fosthom dak ta’ Dun Karm, skont dak li jidhrilna li kellhom jiktbu, ngħid ukoll li m’għandniex nattribwixxu lil Dun Karm vokazzjoni li ma kellux.

Fl-istudju tiegħi nikkonkludi li fil-poeżiji tiegħu Dun Karm jibni soċjetà Maltija ideali li tistrieħ fuq l-ordni morali konservattiv tal-Knisja Kattolika ta’ żmienu li fih kulħadd irid jirrispetta l-ġerarkija stabbilita u “joqgħod f’postu.”

Ara l-Werrej u l-ewwel paġna ta’ dan l-istudju hawnhekk.

Ara Knisja 2000, nru 140 …

klikkja biex taqra Knisja 2000, nru 140 …
  • Fr Raymond Gatt OP., Editorjal
  • Prof. Charles Briffa, It-Testment Poetiku ta’ Dun Karm
  • Dr Josette Attard, Dun Karm minn perspettiva Estetika-Letterarja
  • André P. DeBattista. “Iżda daqsek lil ħadd” – L-Element Patrijottiku u Nazzjonali f’Dun Karm
  • Prof. Adrian Grima. Is-Soċjetà Ġwejda ta’ Dun Karm
  • Dr Mario Cutajar. L-element ġeografiku fil-poeżija ta’ Dun Karm
  • David Calleja. Il-pajsaġġ u l-ambjent naturali fil-poeżija ta’ Dun Karm Psaila
  • Patrick J. Sammut. L-element reliġjuż fil-poeżiji ta’ Dun Karm Psaila
  • Wayne Farrugia, L-element femminili fil-poeżija ta’ Dun Karm 87
  • Fr David Torpiano, Ir-rilevanza dejjiema tal-versi Pawlini ta’ Dun Karm Psaila
  • Tarċisju Zarb, ‘Waħdi’ u ‘Wied Qirda’ – Riflessjoni dwar żewġ poeżiji ta’ Dun Karm

Min jixtieq jakkwista kopja ta’ dan il-ktieb jista’ jikkuntattja lil P. Raymond Gatt O.P., fuq l-email gattray@yahoo.com jew fuq l-indirizz postali, Patrijiet Dumnikani, Kunvent San Duminku, Triq San Duminku, Valletta VLT 1603.

Hemm bosta ħarġiet interessanti ta’ Knisja 2000, fosthom fuq Patri Ġwann Xerri, Ġustizzja, Impenn u Solidarjetà u fuq Il-Knisja u s-Sette Giugno.


Il-Kumment ta’ Alfred Sant dwar din il-ħarġa

DUN KARM

The spring edition of Knisja 2000, a magazine published by the Dominicans, entitled “Is Dun Karm still relevant?” features an interesting range of issues. It contains a number of useful contributions by critics – mostly academic – who evaluate the works of Dun Karm from a contemporary perspective. Evidently, over the years, the critical apparatus by which academic thinkers appreciate the works of the National Poet has continued to become more sophisticated.

Even so, one does end up with the impression after having gone through them, that the views expressed still reflect critical values that are rather “traditional” on the lines first laid out by Professor Ġuże Aquilina and later modernised by Oliver Friggieri. Except mostly in the contribution by Adrian Grima, one does not feel that Dun Karm’s poetry has managed to provoke a radical critical response that would have perhaps given it a new life.

The critique advanced by Mario Azzopardi revolving around “Dun-Karm-as-he-should-have-been” hardly leaves a trace in the Knisja 2000 issue – though saying this, does not imply that Azzopardi was fully correct with his denunciations.

L-artiklu f’The Malta Independent (2 June 2022) ta’ Alfred Sant jinsab hawnhekk


Leave a comment