Maurice Cauchi u l-Letteratura Maltija fl-Awstralja

Nhar it-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2021 kelli x-xorti nintervista lill-Professur Maurice Cauchi biż-Zoom għal malti.mt dwar il-letteratura bil-Malti fl-Awstralja.

Maurice Cauchi twieled I-Għarb, Għawdex, fl-1936, u wara I-iskola sekondarja fil-Lyceum ta’ Għawdex, ħa I-lawrja ta’ tabib mill-Università ta’ Malta. Kompla l-istudji tiegħu fix-xjenza u I-mediċina fl-Università ta’ Londra. Għamel bosta snin jaħdem fl- universitajiet ta’ Melbourne, Malta u Londra. Kiteb kotba u artikli fil-gazzetti dwar ix-xjenza, il-mediċina u l-etika, u kif dawn jaffettwaw is-soċjetà tal-lum.

Kien jinteressa ruħu fil-letteratura, u kiteb numru ta’ poeżiji. Għal xi żmien kien il-President tal-Maltese Literature Group ta’ Melbourne. Kiteb għadd ta’ poeżiji, ippubblika rumanz u ktieb ta’ novelli, Għoljiet u Stejjer Oħra (KKM, 2020), u ttraduċa għall-Malti x-xogħol ta’ poeti Taljani tas-seklu għoxrin.

Il-Prof. Maurice Cauchi żżewweġ Iil Agnes u għandu żewġt itfal, Denise u Stephanie, u żewġ neputijiet tewmin, Andrès u Leila, li kollha joqogħdu Melbourne.

Hemm ħafna informazzjoni u għadd ta’ kitbiet ippubblikati online fis-sit tiegħu.

F’din l-intervista Maurice Cauchi jitkellem dwar l-emigrazzjoni tal-Maltin u l-iżvilupp tal-letteratura Maltija fl-Awstralja. Fl-intervista jitkellem fuq il-kittieba Maltin li influwenzawh u l-konnessjoni li kellu ma’ Rużar Briffa. malti.mt huwa s-sit ta’ riċerka tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta.

F’dawn l-aħħar sena, sentejn ikkomunikajt kemm-il darba miegħu, kemm fuq il-kitbiet u t-traduzzjonijiet letterarji tiegħu kif ukoll fuq l-istorja tal-letteratura bil-Malti fl-Awstralja.

Dawn kienu l-mistoqsijiet li ħejjejt għall-intervista:

  • Meta bdiet il-letteratura bil-Malti fl-Awstralja?
  • Min kienu l-awturi ewlenin tal-bidu?
  • Għalik il-“letteratura Maltija” trid tkun bilfors bil-Malti?
  • Hemm differenzi importanti bejn dak li jiktbu l-Maltin tal-Awstralja bil-Malti u dak li jiktbu bl-Ingliż?
  • Taħseb li hemm differenzi fl-istil u fit-temi bejn dak li jiktbu l-Maltin fl-Awstralja u dak li jiktbu f’Malti?
  • Kif thares lejn il-letteratura li nkitbet f’Malta? Tħoss li tbiegħdet wisq minn dak li kont taf int qabel emigrajt?
  • Hemm temi u stili komuni fost il-kittieba tal-Awstralja?
  • Kemm ilek tikteb il-letteratura? Liema ġeneru ta’ kitba tħobb l-akrar biex tikteb?
  • Liema huma l-awturi li ispirawk l-aktar?
  • X’inhuma t-temi li jqanqluk l-iżjed bħala kittieb?
  • Tħobb tesperimenta bl-istil?
  • Kemm tħobb tuża kliem li tqisu Għawdxi?
  • Taħseb li teżisti letteratura Maltija ta’ Għawdex? Jew m’hemmx differenzi importanti?
  • X’taħseb li hu l-kontribut ewlieni tiegħek bħal kittieb?


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s