Il-Ħlewwa ta’ din l-Art

F’dawn l-aħħar xhur ħadt sehem fil-proġett internazzjonali Debatable Lands ibbażat f’Malta permezz ta’ diskussjoni ma’ artisti oħrajn li mbagħad wasslet biex nikteb poeżija li kont ili ħafna biex nikteb. “Il-Ħlewwa ta’ din l-Art” hija poeżija li kelli bżonn nikteb u nirringrazzja lit-tim ta’ dan il-proġett li bl-inizjattiva tiegħu nebbaħni biex nikteb dan ix-xogħol. Recording amatorjali ta’ din il-poeżija se jindaqq f’karozza li se tkun ipparkjata quddiem il-bini fil-Kalkara fejn se jkun hemm din il-wirja.

Il-karozza li fiha kienet qed tinstema’ l-poeżija tiegħi “Il-Ħlewwa ta’ din l-Art”
Il-Ħlewwa ta’ din l-Art
Adrian Grima

Kont il-bank kulma tlabt.
Kemm tipparkja miżerja ta’ paga 
fuq il-linji s-sofor bil-hazards mixgħulin
u tneħħiha meta jiġi l-kont tal-ħobż, tal-ħalib,
u pakkett sigaretti
biex taħraq il-ħsibijiet għaddejjin.
Kont biss.
Numru twil li jekk ma tiktbux ma tiftakrux.

Talbuk in-numru tal-ID.
Il-passaport.
Il-kondotta.
Talbuk ittra mingħand l-imgħallem,
mingħand is-Sindku,
mingħand is-segretarju tal-kappillan,
mingħand ix-xufiera tal-ministru,
mingħand il-Kabinett,
mingħand ix-Xitan,
mingħand ix-Xiħ.
Talbuk ittra uffiċjali mingħand Alla ħanin.

Talbuk assigurazzjoni bil-miktub 
li t-turisti se jibqgħu ġejjin,
li l-loqom ta’ dik il-miżerja ta’ paga 
se jibqgħu neżlin. 

Kieku tkellmulek għall-ID,
kieku xtrajt passaport,
kieku mesħulek il-kondotta b’maħfra presidenzjali,
kieku bgħattilhom bukkett fjuri, 
kieku ħbejt il-miżerja ta’ immigrant bla isem u bla futur
li baqa’ fuq dgħajsa bla ilma u bla mutur,
kieku dhert fuq billboard lejlet l-elezzjoni,
kieku sifirt safra sa Londra, sal-Panana, 
sa Dubai, sal-gżejjer verġni,
kieku mort tixxemmex il-Baħamas...

ma kienx ikollok bżonn miżerja ta’ bank,
u kont tinxteħet fuq bank xi mkien,
tittanta d-destin għaddej,
u tibki dik il-ħlewwa ta’ art li laqgħetek,
li ħaddnitek, li ħadmitek,
li naqqaxt numru twil 
fuq qalbha.
Il-binja mill-isbaħ fejn saret il-wirja fi Triq ir-Rinella, il-Kalkara
Il-karozza quddiem il-binja fejn saret il-wirja li fiha kien hemm ir-recording ta’ “Il-Ħlewwa ta’ din l-Art” (“The poem is a reflection on living with different rights and opportunities.”)
Id-dibattitu tagħna fuq Zoom dwar “Islandness”
Traduzzjoni ta’ parti minn “Mappa tal-Mediterran” ta’ Antoine Cassar

Debatable Land(s) is the final 3-days exhibition with performative interventions of a year long research and conversations, exploring how territories, lands and spaces are formed, and what conflicting interests influence these delineations. Debatable Land(s) is a collaborative project by the Maren Richter and Klaus Schafler / Grammar of Urgencies Collective , Greta Muscat Azzopardi, and Unfinished Art Space / Margerita Pulè with the participation of 53 collaborators who were part of our debates and exhibitions.

With contributions by: Mohamed Ali (Dali) Aguerbi & Chakib Zidi, Fatima Amn, Maria Attard, Keit Bonnici, Kristina Borg, Josephine Burden, Florinda Camilleri, Tina Camilleri, Simone Cutajar, Rachelle Deguara, Charlene Galea, Justin Galea, Adrian Grima, Helen Horgan, Caldon Mercieca, Tom van Malderen & Charlie Cauchi, Raphael Vella, Magna Żmien.

The project is funded by Arts Council Malta, Project Fund.

Exhibiting in Kalkara all weekend are: Fatima Amn | Keit Bonnici | Kristina Borg obo Batman Gżirjan | Johannes Buch | Josephine Burden | Florinda Camilleri | Tina Camilleri | Charlene Galea | Adrian Grima | Helen Horgan | Magna Żmien | Tom van Malderen & Charlie Cauchi | Greta Muscat Azzopardi | Niels Plotard | Margerita Pulè | Maren Richter | Klaus Schafler | Raphael Vella

More info about each artist’s work is here: https://www.unfinishedartspace.org/projects/debatable-lands

84, Triq ir-Rinella, Kalkara

Choose your artist, choose your day. The exhibition is open 5pm – 9pm, Friday Saturday & Sunday. Performances between 7pm & 8pm as below:

Live interventions | Friday 22 October
Mohamed Ali ‘Dali’ Aguerbi & Chakib | Dress Code (performative intervention)
Maria Attard | One divides into two, two does not merge into one – Response (talk)
Fatima Amn | Un/Earth (performance)
Rachelle Deguara | Tort ta’ min? (performance)

Live interventions | Saturday 23 October
Tina Camilleri | Pluck (performance)
Dali Agrebi & Chakib Zidi | Dress Code (performative intervention)
Charlene Gálea | Ħawwel żerriegħa//Sow a Seed (performance lecture)
Caldon Mercieca | Hunters and Collectors Response

Live interventions | Sunday 24 October
Simone Cutajar | Strange Fruits Response
Klaus Schafler | Oh La La (performance)
Josephine Burden | The Shoreline (Fragments and Traces response)
Justin Galea | Confessions of a Maltese Pirate (performance)

On show all weekend are: Fatima Amn | Keit Bonnici | Kristina Borg obo Batman Gżirjan | Johannes Buch | Josephine Burden | Florinda Camilleri | Tina Camilleri | REA (Rachelle Deguara) | Charlene Galea | Adrian Grima | Helen Horgan | Magna Żmien | Tom van Malderen & Charlie Cauchi | Greta Muscat Azzopardi | Niels Plotard | Margerita Pulè | Maren Richter | Klaus Schafler | Raphael Vella


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s