Dun Karm, “El Viático”

Irnexxieli nsib it-traduzzjoni għall-Ispanjol li kien għamel Patri Ġużè Delia SJ ta’ “Il-Vjatku” ta’ Dun Karm waqt li kien Granada, aktarx fl-1934. Dun Karm jikteb fuq din it-tradizzjoni f’Il-Malti ta’ Diċembru 1934 iżda ironikament ma jsemmix min kien il-ħabib li għamel it-traduzzjoni.

Imma x-xorti riedet li iktar tard, f’ħarġa ta’ Leħen il-Malti tal-1953, Antonio Farrugia semma t-traduzzjoni li kien għamel Ġużè Delia SJ għoxrin sena qabel. “Fost il-poeżiji ta’ Dun Karm insibu ‘Il-Vjatku’ li tagħha għandna l-pjaċir infakkru kienet saret traduzjoni tajba ħafna fl-Ispanjol minn Patri Ġ. Delia S.J.” Farrugia jgħdilna wkoll li Delia kien għamel żewġ traduzzjonijiet oħrajn ta’ poeżiji ta’ Dun Karm, “Quddiem Kruċifiss” u “Innu Ewkaristiku.”

Il-verżjoni Spanjola ta’ Delia, “El Viático” għandna kopja tagħha u tlabt lill-poetessa Messikana Juana Adcock li tgħix Glasgow taqrahielna. Issa għandna l-filmat ta’ dan il-filmat li nittama li nxandruh fil-jiem li ġejjin.

Juana Adcock fil-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta f’Awwissu 2018 (ritratt ta’ Virginia Monteforte)

Ladarba għandna l-ismijiet taż-żewġ poeżiji l-oħrajn ta’ Dun Karm tradotti għall-Ispanjol, forsi jirnexxilna nsibuhom ippubblikati xi mkien.

Ma kontx insib dawn it-testi mingħajr is-servizz elettroniku tal-Librerija tal-Università ta’ Malta. Grazzi lil tant kollegi li jagħmlu xogħol imprezzabbli.

Patri Ġużè Delia daħħal it-traduzzjoni Spanjola tiegħu ta’ “Il-Vjatku” ta’ Dun Karm fil-ktieb tiegħu Meta Toħlom il-Qalb. Ġabra ta’ Poeżijiet (Giov. Muscat, 1962).

Dale Sammut bagħatli din is-silta mid-djarju ta’ Ġużè Delia fuq it-traduzzjoni ta’ “Il-Vjatku.”


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s