Dun Karm, 1921 Lil Ħuti l-Maltin

Nhar l-Erbgħa, 13 ta’ Ottubru 2021 fil-Mużew tal-Arkeoloġija, il-Belt se ssir serata mużiko-letterarja organizzata minn Festivals Malta bi sħab mal-għaqdiet tal-Malti biex tfakkar għeluq il-mitt sena mill-innu ta’ Dun Karm, “1921 – Lil Ħuti l-Maltin Nhar l-Għoti tal-Kostituzzjoni.”  

Servizz dwar il-poeżija ta’ Dun Karm imnebbħa mill-kisba tal-Awtonomija fl-1921, bis-sehem ta’ Simone Azzopardi, Joseph Borg, Claudia Gauci, u Adrian Grima

F’din is-serata se jkun hemm diskussjoni li fiha l-istoriku tal-lingwa u l-letteratura Maltija Joseph Borg, il-kritiku letterarju Adrian Grima u l-istorika Simone Azzopardi se jitkellmu fuq aspetti differenti ta’ din il-poeżija ta’ Dun Karm.  Id-diskussjoni se titmexxa minn Rita Saliba. Fil-lejla se jieħu sehem il-kompożitur Dominic Galea u l-kantanta Dorothy Bezzina.

Dan l-innu deher għall-ewwel darba f’Il-Malti ta’ Diċembru 1939 iżda nkiteb fl-1921

Adrian Grima jgħallem il-letteratura Maltija fl-Università ta’ Malta u kors dwar il-Malti fl-Inalco ta’ Pariġi. Ħa sehem f’konferenzi akkademiċi f’diversi pajjiżi u kiteb għadd ta’ studji bil-Malti, l-Ingliż u t-Taljan dwar il-letteratura u l-kultura. Bejn l-1998 u l-2018 kien il-koordinatur ta’ Inizjamed li tmexxi l-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta. Fl-2011 ħareġ l-istudju “Minn kull xorta ta’ qżież.” Dun Karm u l-konfini tal-identità fil-mument tal-metafora. Fl-2013 ħa ħsieb l-ewwel konferenza nazzjonali interdixxiplinarja fuq Juann Mamo u kien l-editur ġenerali tal-ewwel tliet kotba fis-Sensiela Juann Mamo (SKS). Bħalissa qed jaħdem fuq il-manuskritti ta’ żewġ rumanzi ta’ Concetta Brincat tal-1919 u l-1922. https://adriangrima.org/


One thought

  1. Jien kont abbati ta’ Dun Karm, li kien iqaddes il-quddiesa tas-7am, fl-artal tal-genb fix-xellug. Kellu qrib id-disghin sena, imma l-genuflissjoni, waqt il-quddiesa, kien jaghmilha sal-art. Il-kappillan tal-parrocca ta’ San Girgor, kien Zebbugi bhalu, Fr Farrugia, hu l-Professsur Philip Farrugia

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s