Is-Secret Santa smajtu biha żgur. Imma U s-Santa! xi tkun?
L-Għaqda tal-Malti qed torganizza din l-attività li fiha se jipparteċipaw tmien kittieba. Il-kittieba se jingħataw isem ta’ kittieb jew kittieba oħra, u bħala rigal tal-Milied iridu jagħżlu x-xogħol favorit tagħhom tal-kittieb/a assenjata lilhom. Imbagħad jaqraw silta minnu.
It-tmien kittieba li se jipparteċipaw huma Clare Azzopardi, Andrew Debono Cauchi, Adrian Grima, Immanuel Mifsud, Nadia Mifsud, Rita Saliba, Klara Vassallo, u Trevor Żahra.
L-attività se tixxandar live fuq il-paġna tal-Għaqda tal-Malti u se titmexxa minn Keith Attard u Martha Cachia. Il-festi t-tajba!