Nhar il-Ħamis 26 ta’ Novembru 2020 kont mistieden ma’ Beverly Agius fuq One Radio biex nieħu sehem fil-programm Għid is-Sew ta’ Joseph Herbert biex nitkellmu fuq il-Prof. Oliver Friggieri. Kellna l-opportunità li nitkellmu ftit fit-tul fuq ir-rwol kruċjali tiegħu fl-istudju tal-letteratura Maltija u fuq il-kontribut li ta bħala poeta u bħala rumanzier u novellier.


Beverly għamlet analiżi tal-poeżija “Eh, forsi” li ssemmiet ħafna f’dawn il-jiem, ħaġa li hija possibbli tagħmilha fuq ir-radju iżda mhux fuq it-televiżjoni. Oliver kien iħobbu r-radju u nqeda bih, speċjalment fil-bidu tas-snin disgħin tas-seklu għoxrin, biex jitkellem ma’ udjenza ferm iżjed wiesgħa minn dik tal-Università jew tal-letterati.