Grazzi mill-qalb lill-Kunsill Malti għall-Arti u t-tim tal-produzzjoni ta’ Maltarti għal din it-tislima lil Oliver Friggieri. Grazzi speċjali lil Beverly Agius tal-fjuri u l-kliem quddiem il-bieb tal-uffiċċju tiegħu, lil Marilyn Mintoff tal-email personali li qasmet magħna, u lil Maria Agius tax-xhieda u l-istudju tagħha tal-lirika ta’ Oliver Friggieri. Fil-programm jitkellem ukoll il-pubblikatur ewlieni tax-xogħlijiet tiegħu, Joseph Mizzi tal-Klabb Kotba Maltin, u Albert Marshall, ħabib antik, poeta u chairperson tal-Kunsill Malti għall-Arti.