Bħall-bieraħ ġimagħtejn, fl-14 ta’ Novembru f’12:00, se titnieda d-39 edizzjoni ta’ Leħen il-Malti, ir-rivista annwali tal-Għaqda tal-Malti – Università.
Ninsabu ferm eċitati għal din il-ġurnata! Nixtiequ nirringrazzjaw lil kull min bagħat sottomissjoni għall-edizzjoni ta’ din is-sena, li se jkun fiha l-kontribuzzjonijiet varjati ta’: Rita Saliba, Priscilla Cassar, Louis Briffa, Jesmond Sharples, Elena Cardona, Jake Buttigieg, Nadia Mifsud, Joseph Bonello, Miriam Calleja, John P. Portelli, Kit Azzopardi, Klara Vassallo, Karmenu Mallia, Dorianne Bonello, Joseph Camilleri, Maxine Tanti, Justin Schembri, Andrew Debono Cauchi, Dale Sammut, Gabriel Lia, Daniel Cossai, Matthew Schembri, Joseph P. Borg, Mark Vella, Claudine Borg, Olivia Borg, Dwayne Ellul, u Nicole Borg.
Ringrazzjament speċjali lill-membri tal-bord editorjali: Ayrton-Didier Brincat, Sandy Calleja Portelli, Thea Farrugia, Francesco Grech, Adrian Grima, Tyrone Grima, Nicole Piscopo, Daniel Schembri u Noel Tanti.
Qoxra: It-tpinġija “(Un)Contained” ta’ Maria Ciantar, disinn ta’ Zvezdan Reljic.
Qari tal-provi: Keith Attard
Mingħajr l-għajnuna ta’ Midsea Books u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, dan il-proġett żgur li ma kienx ikun possibbli.
Ingħaqdu magħna bħal-lum ġimagħtejn online sabiex tingħataw togħma ta’ dak li sawwar ir-rivista din is-sena.
Se jkun hemm diskussjonijiet, qari u anke intervisti. Titilfuhiex!
Romario Sciberras, Editur Ġenerali