Maħżen Poeżija

Fis-sit ta’ Maħżen Poeżija, kitba.org hemm recordings ta’ sitt poeżiji tiegħi, ritratti minn waqtiet differenti ta’ ħajti, u manuskritt. Ir-recordings għal dan il-proġett, li jinsab fil-fażi inizjali tiegħu, saru f’Jannar 2019.

Il-Adrian Grima. Waqt il-qari għal Maħżen Poeżija. Jannar 2019.

Il-poeżiji tiegħi li tistgħu tisimgħu f’dan is-sit huma “L-Imħabba Bħal Murtal” minn It-Trumbettier (1999) “Kieku Kelli Lanċa Żgħira” minn Rakkmu (2006), u erba’ poeżiji minn Klin u Kapriċċi Oħra (2015) “L-Imħabba l-Kapriċċ,” “Inkontinenza,””Roazemarynblêd,” u “Sebgħin Sena Tbenġil.”

Dawn huma l-ewwel żewġ strofi ta’ “Sebgħin Sena Tbenġil.”

Ittajjar il-ħin skordinat minn fuqek
bil-ħeffa ta’ sebgħin sena 
tbenġil.
Iġġenġel imdendlin il-labar irrabjati ma’ ġildek perpura
u tħalli riġlejk jarbulaw fl-arja instabbli bejn is-sodda 
u d-dripp id-demm l-arloġġ li qed jivvalenak.

Sebgħin sena milsa minfuħa mħaxkna max-xewka ta’ dahrek.
Subgħajk mifxula jfittxu x-xewk jgħawwar fil-kliewi,
il-mus jiskolpi,
u jistrieħ fuq kuxxtejk mill-ġdid il-pajp tal-awrina, 
kurdun li ma jridx jinqata’.

Is-sit ta’ Maħżen Poeżija, kitba.org, “għandu l-għan li jwassal il-poeżija Moderna u Kontemporanja Maltija għand udjenza usa’.  Minn studenti tal-iskola sa studenti ta’ livell ħafna iktar avvanzat, minn studjużi tal-ilsien Malti sa dawk li sempliċiment jieħdu pjaċir jaqraw bil-Malti u jixtiequ jsiru jafu iktar dwar kif it-tradizzjoni poetika qed tissawwar.”


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s