Taħdita fuq Tliet Poeżiji Kożmopoliti ta’ Mifsud

L-Erbgħa l-1 ta’ Lulju 2020, bejn is-6.00pm u s-7.30pm, Campus FM 103.7 se jxandar żewġ taħditiet dwar il-letteratura: bejn is-6.00pm u s-6.45pm Dr Antony Licari se jitkellem fuq Committed Literature of Committed Writers Part 6, waqt li bejn is-6.45pm u s-7.30pm, il-Prof. Adrian Grima mid-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti se jitkellem fuq Letteratura Mqarba: Tliet Poeżiji Kożmopoliti ta’ Immanuel Mifsud fil-ġabra KM (KKM 2005).

km

Dawn it-taħditiet huma parti minn sensiela għall-istudenti tal-Università tat-Tielet Età u għall-pubbliku inġenerali.

Hawnhekk issibu l-lectures kollha li saru mit-18 ta’ Marzu 2020. https://campusfm.um.edu.mt/pages/webcastspages/Spring_20/uni3.htm


Picture 1

It-tliet poeżiji li nittratta f’din it-taħdita huma “Aleja Solidarności,” “Rynek” u “Sex Shop.” Oriġinarjament “Aleja Solidarności” kien jisimha “Nowa Huta.” Kienet it-tielet minn tliet poeżiji qosra miġburin taħt it-titlu ta’ “Ftit Weraq minn Krakovja.”

sex shop krakovja

Dawn it-tliet poeżiji ġew ippubblikati fil-ktieb Bliet (u Miti), ed. Adrian Grima, maħruġ minn Inizjamed fl-2002. Il-poeżiji l-oħra kienu “Rynek” u “Sex Shop.” Iżda meta dehru fil-ġabra KM tqassmu mod ieħor.


 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s