Illum il-Ħamis 14 ta’ Mejju 2020 u jien Adrian Grima qed nitkellem mal-artist viżiv Malti Franco Rizzo, li qiegħed Seoul. F’Malta l-ħin huwa l-10.00am, waqt li Seoul huwa l-5pm.
Franco, nirringrazzjak tal-opportunità li tajtna, lili u lil dawk kollha involuti fid-Diploma fil-Letteratura Maltija, biex nitkellmu dwar proġett importanti li għadek kemm ippreżentajt fil-pubbliku. Dan huwa video mużikali tal-kanzunetta “Fomm ir-Riħ” tal-Brikkuni mir-raba’ album tagħhom, Il-Ħajja, il-Mewt, in-Nisa (2020).
Il-video nidejtuh fuq l-internet fid-9 ta’ Mejju u r-reazzjoni, mingħajr esaġerazzjoni ta’ xejn, kienet pożittiva immens. Kemm minn dawk li ilhom is-snin isegwu l-vjaġġ artistiku tal-Brikkuni u kemm minn dawk li jfittxu kanzunetta iktar tad-daqqa, konvenzjonali.
Illum il-Ħamis 14 ta’ Mejju 2020 u jien Adrian Grima qed nitkellem mal-artist viżiv Franco Rizzo, li qiegħed Seoul. F’Malta l-ħin huwa l-10.00am, waqt li Seoul huwa l-5pm.
Franco, nirringrazzjak tal-opportunità li tajtna, lili u lil dawk kollha involuti fid-Diploma fil-Letteratura Maltija, biex nitkellmu dwar proġett importanti li għadek kemm ippreżentajt fil-pubbliku. Dan huwa video mużikali tal-kanzunetta “Fomm ir-Riħ” tal-Brikkuni mill-aħħar album tagħhom, Il-Ħajja, il-Mewt, in-Nisa (2020) li tnieda fuq l-internet fis-17 ta’ Marzu 2020.
Il-video nidejtuh fuq l-internet fid-9 ta’ Mejju u r-reazzjoni, mingħajr esaġerazzjoni ta’ xejn, kienet pożittiva immens. Kemm minn dawk li ilhom is-snin isegwu l-vjaġġ artistiku tal-Brikkuni sa mill-bidu u kemm minn dawk li jfittxu kanzunetta iktar tad-daqqa.
Lil Franco bgħattlu l-mistoqsijiet kwarta qabel ma bdejna l-intervista biż-Zoom. Il-ħsieb kien li nimxi b’mod sistematiku minn mistoqsija għal oħra. Imma ma stajtx nikkonċentra f’salt fuq l-affarijiet interessanti li kien qed jgħidli u l-lista li kont fassalt. U Franco kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet bil-ħsieb tal-mistoqsijiet l-oħrajn f’moħħu wkoll. U għalhekk, din li ġejja, iktar milli “werrej” tal-intervista, hija lista li tagħtikom ħjiel tas-suġġetti li tkellem fuqhom. U ppruvajt nintervjeni mill-inqas.
Għal dawk, bħali, li mhumiex midħla tal-films, ħin minnhom Franco jsemmi d-direttur tal-films Franċiż Gaspar Noé, u aħna u nitkellmu kitibli l-isem.
- Kemm ilek Seoul, Franco? Għaliex mort tgħix u taħdem hemmhekk?
- Għalik xi tfisser din il-belt?
- Taraha bħala belt “kożmopolita,” fis-sens ta’ belt li qisha mikrokożmu tad-dinja? Fis-sens ta’ belt fejn jiltaqgħu u jitħalltu kulturi differenti, lingwi differenti, aspirazzjonijiet differenti?
- Tħossok milqugħ f’Seoul?
- Inti għedt fil-pubbliku li din kienet idea li kienet ilha tberren f’moħħok, li tagħmel video mużikali ta’ kanzunetta tal-Brikkuni. Imma kif beda dan il-proġett? X’kienet il-miċċa, ix-xrara li qabbdet kollox?
- Min għażel il-kanzunetta “Fomm ir-Riħ”? Għaliex proprju dik?
- Din hija kanzunetta kważi “mistika,” mhux it-tip ta’ kanzunetti li ħafna mill-udjenza tassoċja mal-Brikkuni, minkejja li l-aħħar żewġ albums huma riflessivi ħafna. Din l-għażla għandha x’taqsam maċ-ċaqliq tax-xenarju minn Malta għal Seoul?
- X’kienet ir-reazzjoni tal-atturi meta semmajthilhom din il-kanzunetta riflessiva bil-Malti? Il-fatt li ma setgħux jifhmu l-lingwa xekkilhom? Dejjaqhom b’xi mod?
- Int u tfassal dan il-video x’kien għaddej minn moħħok fejn tidħol ir-relazzjoni bejn il-”ħoss” ta’ gżira ċkejkna f’nofs il-Mediterran u l-pajsaġġi ta’ belt kbira u dinamika fix-Xlokk tal-Asja?
- Mil-lat tekniku, xi xtajt tagħmel b’dan il-video?
- Min huma l-artisti li qed jinwfluwenzawk l-aktar bħalissa?
- U liema huma x-xogħlijiet li qed jinfluwenzawk l-aktar bħalissa?
- Noel Tanti xebbah is-sekwenza mill-isbaħ tal-aħħar tal-film tiegħek (sejjaħtlu “film” apposta) ma’ xena ta’ Stanley Kubrick f’2001 Space Odyssey. Konxju minnu dan ix-xebh? Jew kumbinazzjoni?
- X’kien għaddej minn moħħok meta bdejt “tara” dawn ix-xeni li kont qed tiġbed telgħin fuq l-iscreen tiegħek bil-vuċi Maltija ta’ Mario Vella?
- B’dan il-video, għalik, din il-kanzunetta Maltija, lokali, kemm saret espressjoni artistika “globali”?
One thought