Kien miktub li m’għandhomx jiltaqgħu

POSPOST MINĦABBA L-IMXIJA TAL-CORONAVIRUS

Nhar is-Sibt 14 ta’ Marzu 2020, bejn id-9.00am u s-2.00pm, se jsir seminar għal-letturi u l-għalliema tal-Malti biex jiddiskutu l-lingwa, il-lingwistika u l-letteratura fis-sillabi l-ġodda tal-Intermedju u l-Avvanzat. Is-seminar se jsir fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta u d-dħul għalih huwa bla ħlas.

Dawk li jixtiequ jattendu għandhom jibagħtu email lil clare.azzopardi@um.edu.mt jew adrian.grima@um.edu.mt. 

L-isem tas-seminar, “Mal-kliem li jaqa’,” ittieħed mill-poeżija ta’ Simone Galea, “Jekk tħobbni, niktiblek poeżija,” li tinsab fil-ġabra tagħha, Xi Drabi Mqar Persuna (KKM, 2011). Din hija waħda mill-poeżiji li hemm fis-sillabu l-ġdid tal-Avvanzat tal-Malti maħruġ mill-MATSEC.

Waqt is-seminar se jsiru preżentazzjonijiet minn David Agius Muscat (l-oral u t-taħriġ il-fehem), David Aloisio (il-poeżija ta’ Oliver Friggieri), il-Prof. Albert Borg u l-Prof. Manwel Mifsud (il-komponenti kostitwenti tal-Malti), Dr Michael Spagnol u Dwayne Ellul (is-semantika), Leanne Ellul (in-novelli ta’ Trevor Żahra), Dr George Farrugia (il-lingwa ġenerali), Dr Marco Galea (Karnival), Joseph Vella u l-Prof. Adrian Grima (Ħelsien), u Dr Immanuel Mifsud (il-poeżija ta’ Simone Galea). Id-diskussjonijiet se jitmexxew minn Clare Azzopardi, Joseph Borg u Patrick Sammut.

Is-seminar huwa maħsub għal dawk kollha li jgħallmu l-Malti fil-livell postsekondarju iżda huwa miftuħ għal dawk kollha li jixtiequ jattendu.

Matul is-seminar se jkollna l-ikel u x-xorb.

Il-programm tas-seminar (li jimxi mas-sillabu tal-Avvanzat):

8.45amNinġabru għas-seminar
9.00amFtuħ tas-seminar minn Clare Azzopardi u Dr Michael Spagnol
 Il-lingwa u l-lingwistika: Imexxi Joe Borg
9.10amDavid Agius Muscat, It-taħdit, il-qari u l-kitba fit-taqsima tal-lingwa
9.30amDr George Farrugia, Ma’ min rajtek xebbahtek, kif smajtek għaraftek
9.50amProf. Albert Borg u Prof. Manwel Mifsud, Il-Malti: Mużajk Lingwistiku
10.10amDwayne Ellul, Is-semantika fid-dizzjunarji u t-teżawri
10.25amDr Michael Spagnol, Xi jfisser it-tifsir?
10.30amDiskussjoni fuq is-Semantika
10.50amWaqfa 
 Il-poeżija u Ħelsien: Imexxi Patrick Sammut
11.10amDavid Aloisio, Friggieri l-Influencer
11.30amDr Immanuel Mifsud, Mara li Tħobb
11.50pmJoseph Vella, Ħelsien, l-Istudenti, u t-tqandil ta’ tratt blat
12.05pmProf. Adrian Grima, “Kien miktub li m’għandhomx jiltaqgħu.” L-indħil tan-narratur f’Ħelsien
12.20pmDiskussjoni fuq Ħelsien
 In-novelli u d-dramm: Tmexxi Clare Azzopardi
12.30pmLeanne Ellul, Il-lingwa tal-letteratura: riflessjonijiet fuq Xemgħat
12.50pmDr Marco Galea, Karnival u Randan, Ġdid u Qadim, Tajjeb u Ħażin
1.10pmDiskussjoni tal-aħħar: Imexxu Clare Azzopardi u l-Prof. Adrian Grima
2.00pmTmiem

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s