It-Tnedija ta’ Taħt in-Nar bit-Taljan

Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru 2019 fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, sare it-tnedija ta’ Sotto il fuoco, traduzzjoni għat-Taljan ta’ Taħt in-Nar, id-djarju tal-ewwel sena tat-Tieni Gwerra Dinjija ta’ Ġużè Ellul Mercer. It-traduzzjoni saret min-neputija tal-awtur, Isabella Ellul Mercer Cefai waqt li l-editur huwa Carlo Morrone. Il-ktieb huwa pubblikazzjoni ta’ Morrone Editore ta’ Sqallija.

L-intervent tiegħi kien imsejjes fuq it-teżi ta’ Dorianne Bonello tal-2014 dwar Taħt in-Nar u l-Ġeneru tad-Djarju. Fit-taħdita tkellimt fuq ir-retorika li jinqeda biha Ellul Mercer u fuq id-differenzi bejn il-manuskritt u l-verżjoni finali li ppubblika l-awtur fl-1949.

Fit-tnedija, li tmexxiet mill-Prof. Arnold Cassola, tkellmu Massimo Sarti, direttur tal-Istituto Italiano di Cultura f’Malta; Mark Camilleri, Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb; Martin Ellul Mercer, iben l-awtur; Carlo Morrone, l-editur u l-pubblikatur tal-ktieb; Maria Camilleri, li kiteb l-ewwel teżi fuq Ġużè Ellul Mercer fl-1974; Mark Vella, lettur part-time fid-Dipartiment tal-Malti tal-Università u qarib tal-awtur li tkellem dwar il-personalità letterarja ta’ Ellul Mercer; u jien. Għamlet intervent qasir ukoll it-traduttriċi, Isabella Ellul Mercer Cefai.

75464398_10157707937992456_2704858321554243584_n
L-intervent ta’ Martin Ellul Mercer, iben Ġużè Ellul Mercer

74229547_2735954546449741_1663175503546155008_n.jpg

img_2530.jpg
Isabella Ellul Mercer Cefai, Maria Camilleri u l-Prof. Arnold Cassola
IMG_2531
Martin Ellul Mercer, iben Ġużè Ellul Mercer
IMG_2543
L-editur u l-pubblikatur ta’ dan il-ktieb, Carlo Morrone
IMG_2553
Mark Vella, lettur part-time fid-Dipartimen tal-Malti tal-Università

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s