Nhar il-Ħamis 14 ta’ Novembru 2019, fis-6.30pm, f’Dar l-Ewropa, Triq San Pawl, il-Belt Valletta, se nieħu sehem f’diskussjoni bil-Malti dwar L-Impatt tad-Dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fuq il-Lingwa u l-Letteratura. L-intervent tiegħi se jkun f’isem Inizjamed, li kemm ilha li twaqqfet mill-1998, ħadmet ħafna fuq il-promozzjoni tal-letteratura bil-Malti fil-Mediterran, fl-Unjoni Ewropea u lil hinn.
Fid-diskussjoni, li se titmexxa mis-Sur Mark Anthony Vella mid-Dipartiment tat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, se jieħdu sehem il-Prof. Sergio Portelli, Kap tad-Dipartiment tat-Traduzzjoni, l-Interpretar u t-Terminoloġija fl-Università ta’ Malta, u s-Sur Mark Camilleri, kap eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
“Tliet figuri importanti fl-iżvilupp tal-Malti ser jiddiskutu it-tranżizzjoni tal-Malti minn lingwa limitata għal poplu żgħir u iżolat ġeografikament għal lingwa uffiċjali tal-UE. Id-diskussjoni se tittratta t-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, u l-progress tal-Malti mil-lenti tal-istrutturi u l-għodda meħtieġa li kellhom jiġu stabbiliti biex il-lingwa Maltija timmatura, kif ukoll l-influwenza fuq il-lessiku u kif kibret l-industrija tal-ktieb mis-sħubija ‘l hawn.”
Waqt il-lejla se jinqraw xogħlijiet letterarji minn Immanuel Mifsud, Clare Azzopardi, Leanne Ellul, u Claudia Gauci.
Fifteen years of membership | Ten years of Europe House
The European Parliament Office and European Commission Representation in Malta invite you to an open week of events to commemorate this milestone in our country’s journey.
Discover the antique Valletta palazzo with a colourful history, now a hub for citizens, EU affairs and public discourse. With an exciting programme guaranteed to entertain, educate and delight, we’re showing and sharing our home with you like never before.
FRIDAY 8 NOVEMBER
11:00 – “The EU in My Life” Exhibition Launch (Open Week Inauguration)
MONDAY 11 NOVEMBER
12:00 – Rebuilding the Past: Europe House and the Regeneration of Valletta (Public Discussion)
TUESDAY 12 NOVEMBER
12:30 – Musical Bites: Malta Band Clubs Association (Lunchtime Concert)
18:30 – Cinemagic at Europe House: “Styx” (Film Screening)
THURSDAY 14 NOVEMBER
12:30 – Musical Bites: Joseph Lia and Natalia Rakhmatulina (Lunchtime Concert)
18:30 – The Impact of the EU on Maltese Language and Literature (Public Discussion)
Our venue has limited capacity so please register in advance to secure a spot. To confirm your attendance, RSVP via Facebook Messenger or send an email to epvalletta@europarl.europa.eu. The official opening hours throughout the open week are from 9:00 to 19:00.
Identification is required for security check at reception. Please bring your passport or ID card with you to enter the building.