7 ta’ Settembru 2019 | Ritratti ta’ Adrian Grima
Tant ħadt pjaċir fil-Protesta tal-lum li ma tantx kelli aptit nieħu ritratti. Hekk jew hekk, kien hemm oħrajn ferm iktar kapaċi minni fl-arti tal-fotografija. U allura stajt noqgħod inċapċap mad-drums u nkanta mal-versi ta’ Walter Micallef, kanzunetta li nkitbet żmien ilu u sfortunatament għadha tant attwali:
Malta fottewha u t-tfal batew,
ġungla tal-konkos, bnew fuq li bnew,
tant li post fejn jilagħbu mank ħallew,
huma stagħnew, u kemm stagħnew.
Skużawni: ma rnexxilix indaħħal l-għajta ta’ tlett elef ruħ f’ritratt wieħed. Imma nassigurakom li qiegħda f’qalbi.
























