Seminar pubbliku fl-Università ta’ Malta fl-4 ta’ Ġunju 2019
Nhar it-Tlieta 4 ta’ Ġunju 2019, bejn is-6.00pm u t-8.30pm, fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta f’Tal-Qroqq, id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti se jagħmel seminar pubbliku dwar ir-rappreżentazzjoni tal-irvellijiet tas-Sette Giugno fil-Letteratura Maltija. Il-kelliema se jkunu l-Prof. Oliver Friggieri, il-Prof. Adrian Grima, Maria Simiana, u Mark Vella.
Dan is-seminar, li hu parti mis-sensiela tat-Taħditiet tad-Diploma fil-Letteratura Maltija, se jitmexxa mill-Prof. Bernard Micallef, kap tad-Dipartiment tal-Malti, u se jinfetaħ mill-Prof. Dominic Fenech, Dekan tal-Fakultà tal-Arti u storiku ewlieni ta’ dan il-perjodu.
Fis-7 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, infakkru l-mitt sena minn dakinhar li seħħu dawn il-ġrajjiet imdemmija li ħallew impatt ukoll fuq il-letteratura Maltija, speċjalment fuq il-kittieba Soċjorealisti, fosthom Ġużè Orlando (li kien fi Triq l-Ifran waqt l-irvellijiet), Ġużè Bonnici, Juann Mamo, Ġużè Ellul Mercer, u Ġużè Chetcuti.
Din l-attività hija miftuħa għal kulħadd u wara jkun hemm bibita. Il-Prof. Oliver Friggieri se jitkellem fuq “L-isfond Politiku u Kulturali tas-Sette Giugno” waqt li l-Prof. Adrian Grima se jitkellem dwar “Is-Sette Giugno ta’ Juann Mamo u Ċensu Bugeja.” Maria Simiana se tħares lejn dak li jgħidu Ġużè Orlando, Ġużè Bonnici u Ġużè Chetcuti dwar din il-ġrajja. Mark Vella se jieħu spunt mill-unika darba li jissemma s-Sette Giugno fil-kitbiet letterarji ta’ Ellul Mercer sabiex iqajjem għadd ta’ kunsiderazzjonijiet u mistoqsijiet dwar ir-relazzjoni tal-Istorja u l-politika mal-letteratura.
Fir-rakkont ta’ dak li ra b’għajnejh fit-toroq tal-Belt nhar is-7 ta’ Ġunju 2019, Ġużè Orlando jgħid li ried jikteb joffri x-xhieda tiegħu “Sabiex ma jasalx żmien li jitfaċċaw fariżej li forsi jagħtu s-salt illi jqallbu l-ġrajja għall-ħsibijiet tagħhom, u jpinġu l-irvell li sar għal xi skop ieħor flok bil-veru sens ta’ patrijottiżmu, u xejn aktar.”
Waqt is-seminar se jkun hemm żewġ kotba dwar din il-ġrajja għall-bejgħ bi prezz speċjali, Ir-Rivoluzzjoni Maltija ta’ Michael A. Sant (SKS 2009) u t-tieni edizzjoni X’Kien Ġara Sew fis-Sette Giugno ta’ Paul Bartolo (KKM 2019).
Dawk li jixtiequ aktar tagħrif jistgħu jaraw il-paġna ta’ Facebook tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta jew jiktbu lil adrian.grima@um.edu.mt.
The Sette Giugno in Maltese Literature
A public seminar at the University of Malta on June 4, 2019
On Tuesday 4th June 2019, from 6.00pm to 8.30pm, in the Faculty of Arts Library of the University of Malta in Tal-Qroqq, the Department of Maltese is hosting a public seminar in Maltese on literary representations of the Sette Giugno uprising. The speakers are Prof. Oliver Friggieri, Prof. Adrian Grima, Maria Simiana, and Mark Vella.
This seminar, which forms part of the series of talks within the course Diploma fil-Letteratura Maltija, will be chaired by Prof. Bernard Micallef, head of the Department of Maltese. Prof. Dominic Fenech, Dean of the Faculty of Arts and a leading historian of early 20th century Malta, will deliver the opening speech.
This year marks the 100th anniversary of the June 1919 uprising that cost the lives of four Maltese protesters and the wounding of many others. These tragic events left their mark on Maltese literature, especially on the work of a group of Reformist writers, including Ġużè Orlando (who wrote an eyewitness account of the events), Ġużè Bonnici, Juann Mamo, Ġużè Ellul Mercer, and Ġużè Chetcuti.
This event is open to the general public and will be followed by light refreshments.
Prof. Oliver Friggieri will be providing an overview of the political and cultural context of the Sette Giugno events, while Prof. Adrian Grima will be talking about the writings of Juann Mamo and Ċensu Bugeja about this uprising. Maria Simiana will focus on the writings of Ġużè Orlando, Ġużè Bonnici and Ġużè Chetcuti. Mark Vella will take his lead from the only reference to the Sette Giugno events in the literary work of Ġużè Ellul Mercer to raise a number of questions and issues about the relationship between history, politics and literature.
In his eyewitness account, Ġużè Orlando says that he wanted to make sure that in the future, no “pharisees” would try to impose a skewed interpretation of a revolt that was motivated by nothing but patriotic ideals.
Two books about the Sette Giugno will be on sale at a special price during the seminar: Ir-Rivoluzzjoni Maltija by Michael A. Sant (SKS 2009) and the second, revised edition of X’Kien Ġara Sew fis-Sette Giugno by Paul Bartolo (KKM 2019).
More information is available on the Facebook page of the Department of Maltese of the University of Malta or by writing to adrian.grima@um.edu.mt.
Il-kelliema
Oliver Friggieri huwa figura ewlenija fl-istorja tal-letteratura Maltija. Minbarra r-rumanzi, in-novelli u l-poeżiji li ppubblika bħala awtur, kiteb għadd kbir ta’ xogħlijiet ta’ teorija u kritika letterarja bil-Malti, bit-Taljan u bl-Ingliż. Fis-snin tmenin tas-seklu għoxrin, ippubblika xogħlijiet kritiċi importanti dwar il-letteratura Soċjorealista tas-snin tletin u erbgħin, fosthom Ellul Mercer f”Leli ta’ Ħaż-Żgħir’ – Mir-Realtà għall-Kuxjenza (1983) u Ġwann Mamo – Il-Kittieb tar-Riforma Soċjali (1984). Kien ukoll l-editur ta’ edizzjonijiet ta’ L-Ibleh ta’ Ġużè Orlando u Tejbilhom Ħajjithom ta’ John F. Marks. Oliver Friggieri jiddiskuti l-awturi u x-xogħlijiet tal-kittieba Soċjorealisti fit-tieni edizzjoni tal-opra kritika ewlenija tiegħu, Dizzjunarju ta’ Termini Letterarji (1996).
Adrian Grima jgħallem il-letteratura Maltija u r-rappreżentazzjoni tal-Mediterran fl-Università ta’ Malta u l-Inalco ta’ Pariġi. Ħa sehem f’konferenzi akkademiċi f’Malta u barra, fosthom f’konferenza tal-American Comparative Literature Association fl-Università ta’ Puerto Rico fl-2002 li fiha tkellem dwar “Pulling Identit/ies Apart: Juann Mamo’s narrator struggling with the pieces in Grandma Venut’s Children in America (1930-31).” Ippubblika bosta xogħlijiet akkademiċi u mexxa konferenza nazzjonali, żewġ sensieliet radjofoniċi u għadd ta’ teżijiet fuq Juann Mamo. Adrian Grima huwa l-koawtur u l-editur tal-ewwel tliet kotba fis-Sensiela Juann Mamo (SKS 2013).
Maria Simiana hija għalliema tal-Malti fi skola sekondarja tal-Istat fejn ilha tgħallem erba’ snin. Iggradwat fl-2012 b’Baċellerat fil-Malti bl-Unuri, u fit-teżi tagħha stħarrġet l-għeluq u l-karatterizzazzjoni fir-rumanzi Ħelsien u Lejn ix-Xemx ta’ Ġużè Bonnici. Bejn l-2012 u l-2014 għamlet riċerka fil-livell ta’ Masters fuq il-karatterizzazzjoni frammentata fin-novelli ta’ Immanuel Mifsud. Ittraskriviet il-manuskritti ta’ żewġ rumanzi ta’ Concetta Brincat li nkitbu bejn iż-żewġ gwerer dinjija, kitbet id-daħla għal wieħed mir-rumanzi u tkellmet fuqhom fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2014. Għamlet ukoll xogħol ta’ editjar fuq il-verżjoni versifikata ta’ Pawlu Montebello ta’ Dun Kixott ta’ Cervantes (SKS, 2016). Fl-2019 kitbet daħla kritika għal edizzjoni ġdida tar-rumanz Ħelsien ta’ Ġużè Bonnici.
Mark Vella bħalissa huwa l-Uffiċjal għal-Lingwa fir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta. Ħadem għal 13-il sena l-Lussemburgu bħala traduttur u kap ta’ unità. Huwa wkoll lettur każwali l-Università ta’ Malta fil-korsijiet tal-B.A. tal-Malti u tad-Diploma fil-Letteratura Maltija, b’interess akkademiku fin-novella u r-Realiżmu. Fl-2010, ippubblika n-novelli inediti ta’ Juann Mamo fil-ġabra Ġrajja Maltija (Klabb Kotba Maltin).