BĦAL SWIED TA’ QALB DIL-BELT

Dom_Adrian 5.jpg

Din hija waħda minn sensiela ta’ disa’ poeżiji li ktibt biex infakkar l-mitt sena mill-irvellijiet tas-Sette Giugno, b’mużika jazz ta’ Dominic Galea.

Il-poeżiji huma mnebbħin mir-rakkont ta’ Ġużè Orlando li kien il-Belt waqt l-irvellijiet. Ngħidu aħna t-tema ewlenija li tidher fit-titlu ta’ din il-poeżija u ħafna mix-xbihat ħadthom konxjament mir-rakkont ta’ Orlando.

It-ritratt tiegħi ma’ Dominic Galea ittieħed mill-fotografu Joe P. Smith. http://www.smithjp.com

 

BĦAL SWIED TA’ QALB DIL-BELT

 

Ma’ nofsinhar il-ħwienet għalqu kollha,

u fuq il-Belt bħal waqa’ swied ta’ qalb.

Fis-sikta mriegħda ħnoqna t-toroq kollha

deċiżi li mal-kliem tal-Assemblea

nimponu l-liġi l-ġdida, dik tal-folla.

Is-sikta bdiet tinkiser qajla qajla.

U ntefa’ qalb il-porvli x-xrar, u ħa.

Fil-waqt li kull bandiera li mhix tagħna

minn fuq il-bjut bil-korla ċarratnieha,

fit-telfa tad-dagħdigħa u tal-istraġi,

ma rnexxilniex nċarrtu s-swied minn qalbna.

Adrian Grima | April 2019


 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s