Il-Kanzunetta Popolari ta’ Gaetano Kanta

Produzzjoni ta’ Teatru Manoel | 29-30 ta’ Awwissu

Direzzjoni ta’ Dorothy Bezzina | Ritratti ta’ Christine Joan Muscat-Azzopardi

Image may contain: 3 people, people standing and indoor

Image may contain: 5 people, people smiling, people standing

Image may contain: 18 people, including Dorothy Bezzina, people smiling, people standing

It-Tnejn 30 ta’ Lulju 2018 kelli x-xorti nattendi l-kunċert mill-isbaħ tal-aħwa Bezzina bit-tema, IL-KANZUNETTA POPOLARI TA’GAETANO KANTA.

Kanzunetti b’melodija u lirika li jpaxxuk, vuċijiet waħda isbaħ mill-oħra, xeni fuq wara u koreografija li jaqblu mal-figura u l-ispirtu ta’ Gaetano Buttigieg… Proset lil Dorothy Bezzina bħala d-direttriċi, u lil kull min kien involut fil-produzzjoni, kemm dawk li dehru u kemm dawk li ma dehrux.

Hemm xi ħaġa f’dawn il-melodiji “antiki” li ma tinħass antika xejn. Aħna poplu li jitmasħan malajr, li jitqanqal malajr, u li jinsa malajr. Permezz ta’ din il-produzzjoni ‘ġdida’ ta’ materjal ‘qadim’ qed timlew vojt kbir fin-narrattiva tagħna bħala poplu u fl-istorja soċjali u kulturali tagħna tas-snin 50 u 60 tas-seklu 20.

Issa nistennew bil-ħerqa l-preżentazzjoni ta’ Dorothy fis-sena akkademika li jmiss dwar is-sehem ta’ Gaetano Kanta fit-tradizzjoni orali Maltija, Dorothy, bħala parti mill-proġett tad-Dipartiment tal-Malti, L-Università ta’ Malta dwar It-Tradizzjoni Orali.

IMG_4664
Edward Tagliaferro

Ħajr ukoll lil Edward Tagliaferro tad-daqq u l-kant bla ħsieb ta’ “Arana” wara l-kunċert!


 

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s