Dil-ġungla tal-irjus kbar u l-konkos

REMAX - dbFil-“Project Design Statement” tad-“db City Centre Project,” il-ħniżrija li d-db Group irid jibni flok l-ITS, in-nies li jgħixu fl-inħawi ma jidhru mkien. Imkien. Qisu dan il-“brainchild” ta’ Silvio Debono, dak tal-“humble origins” (qed nikkwota kelma b’kelma) se jsir fuq il-qamar u l-bnedmin tad-demm u l-laħam jinsabu ftit miljuni ta’ kilometri ‘l bogħod. Qisna ma neżistux.

Sadattant ix-xarkijiet ilhom mis-sajf ibigħu l-appartamenti li m’għandhomx permess biex jinbnew: mhux biex jinbiegħu m’għandhomx permess, biex jinbnew. “Stunning new project situated directly on the WATERFRONT”. Ix-xerrejja jistgħu jserrħu rashom: tant se jkunu fil-għoli li n-nies li jgħixu fid-dell tagħhom, f’kull sens, mhux se jarawhom. Nemel li meta jirfsu l-art tal-qamar mhux se jħossuhom taħt il-pett taż-żarbun. Nies-nemel li mhumiex “high net worth individuals”. Li tista’ tirfishom kemm trid u meta trid u kif trid.

Sittax-il blokka ta’ appartamenti fejn jgħixu kważi elf ruħ ma jeżistux. Ir-residenti kollha ta’ Pembroke u San Ġiljan u s-Swieqi ma jeżistux. In-nies kollha, tad-demm u l-laħam ukoll, li jidħlu f’Pembroke kuljum ma jeżistux. “All layouts have ample space with lavish large terraces ideal for entertaining. Views from this high level are picturesque.” Mhux hekk? L-“ample space” li qed ibigħu x-xarkijiet huwa n-no space ta’ komunità sħiħa ta’ nies. Ix-xarkijiet jibilgħuhom u lanqas jitfejqu.

Teżisti liġi f’dil-ġungla tal-irjus kbar u l-konkos?

 


 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s