Nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Mejju 2018, l-istudenti tal-Malti laqgħu fil-Junior College lill-poeta Dr Adrian Grima. Fl-intervista li għamillu David Aloisio, ġew diskussi diversi temi utli għall-istudju tal-letteratura fil-livell avvanzat, fosthom l-impenn soċjali, u r-rilevanza tal-poeżija. L-istudenti kellhom l-opportunità biex flimkien mal-poeta nnifsu, janalizzaw poeżiji permezz tal-għodod kritiċi li tħarrġu fihom matul is-sena. It-tema ewlenija tal-laqgħa kienet dik talambjent. L-istudenti setgħu japprezzaw kif permezz tal-poeżija, Grima jesprimi s-sens ta’ protesta tiegħu kontra l-qerda ambjentali b’enfasi fuq l-ispekulazzjoni tal-art.