Se ssir Serata ta’ Tifkira f’Ġieħ il-Poeta Nazzjonali Dun Karm taħt il-patroċinju tal-E. T. Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta, il-Kunsill Malti għall-Arti flimkien mal-Kumitat Festi Nazzjonali u l-Akkademja tal-Malti nhar il-Ħadd, 15 ta’ Ottubru 2017 fis-7 ta’ filgħaxija fil–Palazz ta’ Sant’Anton.
Matul il-lejla se jkun diskussjoni dwar Dun Karm li fiha se jieħdu sehem is-Sa Joanne Sciberras (Director Library Operations), is-Sur Kit Azzopardi mill-Għaqda tal-Malti tal-Università u Dr Adrian Grima.