Inizjamed taħdem biex mhux biss timporta letteratura barranija imma wkoll tesporta letteratura lokali. Dan huwa l-ktejjeb li ħadmet fuqu Inizjamed biex tagħti ħjiel ta’ dak li qed jinkiteb f’Malta llum.
Ħajr speċjali lil Justine Somerville li kkoordinat dan il-proġett f’isem Inizjamed, lil Leanne Ellul, lil Albert Gatt tat-traduzzjonijiet, lil Jean Claude Vancell tad-disinn, u lill-bord tal-għażla magħmul minn Dr Bernard Micallef u s-sinjuri Noel Tanti u Claire Zerafa.
Dan il-ktejjeb huwa parti mill-ħidma tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta fi ħdan il-Cultural Partnership Agreement bejn Inizjamed u l-Kunsill Malti għall-Arti.