Noġġezzjona għall-bini ta’ skola oħra f’Pembroke

pembroke-skola
Waħda mill-ħafna skejjel li għandna f’Pembroke

Għadni kemm issottomettejt l-oġġezzjoni tiegħi. għall-bini ta’ skola oħra f’Pembroke. Ir-raġunijiet li daħħalt fl-oġġezzjoni jidhru hawn taħt.

Għal min irid joġġezzjona wkoll: Trid tibda mill-indirizz http://www.pa.org.mt/għax inkella s-sottomissjoni ma tintbagħatx. Trid tmur Development Applications fil-menu fuq ix-xellug, tagħżel PA Search by Location, tagħti n-nru tal-applikazzjoni, PA/05424/17, u timxi minn hemm.

(Fir-ritratt tidher waħda mill-ħafna skejjel li għandna Pembroke.)

Dawn huma r-raġunijiet tiegħi:

Sinjuri,
Pembroke, li tfassal bħala żona residenzjali, bil-limiti ta’ spazju u infrastruttura marbuta ma’ għażla bħal din, diġà huwa mimli skejjel.

Għal raħal ċkejken bħal dan, l-għadd ta’ skejjel huwa impressjonanti. Effettivament, diġà għandna iżjed milli nifilħu għalihom. Dawn l-iskejjel kollha diġà qed iħallu l-impatt negattiv tagħhom fuq it-traffiku, speċjalment fejn jidħol it-tniġġis tal-arja u tal-ħoss. Il-problemi ta’ saħħa, fosthom il-problemi respiratorji ma jiġux mill-baħħ.

Għaldaqstant jien noġġezzjona bil-qawwi li tinbena skola oħra, biswit l-iskola primarja pubblika li dġà għandna, jew fi kwalunkwe sit ieħor f’Pembroke. Żona residenzjali żgħira bħal Pembroke ma tiflaħx skola oħra.

Ir-raħal tagħna mhuwiex magħluq fih innifsu. Diġà joffri għadd ta’ servizzi u spazji għall-pajjiż inġenerali. F’Pembroke għandna reverse osmosis, għadd ta’ kumplessi sportivi, kwartieri tal-iscouts u tal-guides, ċentru reġjonali kbir tal-MUSEUM, spazji fil-kampanja u xatt (ċkejken) li jitgawdew minn kulħadd, lukandi, u ġonna u bandli pubbliċi.

Nittama li l-Awtorità tal-Ippjanar trid tħares il-ġid komuni.

Ħadd ma jista’ jgħid li r-residenti jridu jżommu r-raħal tagħhom għalihom. Pjuttost bil-maqlub.

Imma hemm limitu għal dak li tiflaħ lokalità żgħira bħal Pembroke. Jekk jitwettaq l-iżball, jibqa’ għal dejjem. U l-prezz ikollna nħallsuh ta’ kuljum aħna r-residenti.

Adrian Grima
Pembroke

 

L-oġġezzjoni tal-Prof. Sandro Caruana toffri dimensjoni importanti: “Huwa car li Pembroke ma jiflahx ghal dan it-tip ta’ zvilupp. L-impatt li ser ikollu se jaffettwa b’mod negattiv il-kwalita’ tal-hajja tar-residenti. Parti importanti tal-edukazzjoni hija li nghallmu lit-tfal li ghandu jkun hemm zvilupp sostenibbli. Huwa tassew kontraddittorju li tinbena skola fiz-zona proposta, b’mod li tmur kontra l-principju stess ta’ zvilupp sostenibbli li tant nippromwovu fil-klassijiet taghna.”

Proset, Sandro!


 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s