Din hija parti mill-intervista mas-Sur Guido Lanfranco ta’ Yanika Schembri Fava, assistenta riċerkatriċi fil-proġett tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta, dwar It-Tradizzjoni Orali, li saret fid-dar tiegħu f’Tas-Sliema, it-Tlieta, 4 ta’ Lulju 2017. L-intervista sħiħa se tixxandar fil-ġimgħat li ġejjin u nġibdet minn Kevin Kiomall. Din is-silta ġbidtha bil-mobile u tagħti ħjiel tal-firxa ta’ suġġetti li ddiskuta magħna.