
Albert Gatt se jaqra tliet siltiet mir-rumanz rebbieħ, L-Eżodu taċ-Ċikonji (Klabb Kotba Maltin 2013) u l-awtur se jiġi intervistat minn Adrian Grima. Se jkun hemm interventi minn Dr Marco Galea, li mexxa l-ġurija maħtura mill-Akkademja tal-Malti, mis-Sur Mark Vella, f’isem ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, u mis-Sur Joseph Mizzi, direttur tal-Klabb Kotba Maltin, pubblikatur tal-kotba kollha ta’ Walid Nabhan. Wara l-interventi, l-intervista u l-qari jkun hemm riċeviment fuq it-terrazzin ta’ Dar l-Ewropa.
Matul il-lejla, Walid Nabhan se jiffirma kopji tar-rumanz rebbieħ, L-Eżodu taċ-Ċikonji.
Din il-lejla qed tiġi organizzata minn Inizjamed, l-Akkademja tal-Malti u r-Rappreżentanza f’Malta tal-Kummissjoni Ewropea.
Kulħadd mistieden. Dħul b’xejn. Jekk jogħġobkom, ġibu magħkom il-karta tal-identità.









