L-Aħħar Seba’ Kelmiet

passjoni

Fis-17 ta’ Marzu 2016, fit-20:00, fil-ftuħ ta’ din il-wirja, fosthom il-prima assoluta ta’ VII [sebgħa], xogħol ikkummisjonat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq għal kwartett tar-Ram u Perkussjoni, flimkien ma’ ħsibijiet ta’ 7 kittieba Maltin ikkummisjonati apposta għal din il-wirja.

Il-kittieba huma: Trevor Zahra Immanuel Mifsud Adrian Grima Zè Heckler Maria Grech Ganado Clare Azzopardi u Simone Inguanez

Il-mużiċisti huma Tancred Grech Wayne Bartolo Justin Formosa Duncan Borg u Clayton Gomez. Il-qari f’idejn l-awtriċi Monica Attard.


 

Il-kompożitur Alex Vella Gregory ġie kummissjonat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq biex jikteb xogħol qasir għal kwartett ta’ strumenti tar-ram sabiex jinawgura wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa li ser tiftaħ nhar il-Ħamis 17 ta’ Marzu fis-sede ta’ din il-Għaqda. It-tema tal-wirja hija għażla ta’ statwi marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa minn statwarji differenti Maltin, kemm ħajjin kif ukoll artisti mill-imgħoddi.

Ix-xogħol li ppropona jġib l-isem tas-Seba’ Kelmiet ta’ Kristu, xogħol ta’ seba’ movimenti qosra li jiffurmaw riflessjoni mużikali fuq kull waħda mill-frażijiet li jgħid Kristu fuq is-salib. Alex talab li qabel kull moviment jinqara ħsieb qasir relatat ma’ kull frażi; ħsieb ta’ madwar 100-200 kelma. Għaldaqstant identifika seba’ awturi Maltin, biex b’hekk minbarra l-artisti tal-wirja ikun hemm ukoll għażla wiesgħa ta’ awturi kontemporanji involuti.

Ix-xogħol poetiku tiegħi huwa mnebbaħ mill-vers “Ngħidlek is-sewwa li llum tkun il-Ġenna miegħi” (Luqa Kap 23, vers 43), u jibda hekk:

Jien ukoll ħalliel.

Ġejt nisraq ġenna minn ġol-infern.

Il-waqt tal-mewġa qabel ma tiġġarraf.

 


 

Il-Passjoni ta’ Kristu skont l-Artist Malti

L-Ghaqda Muzikali Santa Marija ta’ Hal Ghaxaq thabbar il-wirja annwali taghha, dis-sena bit-tema Il-Passjoni ta’ Kristu skont l-Artist Malti.

Wirja artistika li taghti gieh lil 25 artist differenti Malti li bit-talenti taghhom kabbru l-kult lejn Il-Passjoni u l-Mewt ta’ Sudan Gesu’.

Artisti bhal; Pawlu Camilleri Cauchi, Aaron Camilleri Cauchi, Mario Borg, Glormu Dingli, Renzo Gauci, Mariorick Mifsud, Noel Cauchi, Joe Cutajar Zahra, Silvio Mizzi, John Massa, Shawn Saliba, Ayrton Sammut, Darren Bonavia, Antonio Mifsud, Joseph Magri, James Azzopardi, Jesmond Micallef, Nazzareno Gauci, Sebio Aquilina, Kurt Friggieri, George Scicluna, Publio Magro, Cleaven Formosa u ohrajn.

Il-wirja tant mistennija mid-Dilettanti tal-Gimgha l-Kbira li ser tigbor tant ismijiet prestigjuzi fil-qasam artistiku ta’ pajjizna, taht saqaf wiehed.

Aktar informazzjoni fuq il-pagna ufficjali tal-Ghaqda; www.facebook.com/santamarijaghaxaq jew email saintmaryghaxaq@gmail.com

Il-wirja se tkun inawgurata nhar is-17 ta’ Marzu fit-8pm b’serata muziko-letterarja li se tkun tinkludi;

– Diskussjoni fuq l-istorja tal-istatwarji maltin mill-istudjuz Victor Caruana

-Issegwi ezattament wara l-Prima assoluta tal-Musica Da Camera VII; Kompozizzjoni originali ta’ Alexander Vella Gregory ghal kwintett tar-ram u perkussjoni, fuq qafas ta’ riflessjonijiet minn 7 kittieba u poeti Maltin fuq l-ahhar 7 kelmiet ta’ Kristu.

F’din il-parti se jiehdu sehem;

L-attrici Monica Attard bhala n-narrattrici flimkien ma’ 7 mill-aqwa poeti u kittieba kontemporanji Maltin; Clare Azzopardi, Wayne Flask, Maria Grech Ganado, Adrian Grima, Simone Inguanez, Immanuel Mifsud u Trevor Zahra.

Il-Muzicisti li se jiehdu sehem huma; Wayne Bartolo, Duncan Borg, Justin Formosa, Clayton Gomez, U Tancred Grech.

Dan il-programm jibda fit-8pm nhar is-17 ta’ Marzu fis-sala ewlenija ta’ Palazz Marija Assunta, is-sede tal-Ghaqda Muzikali Santa Marija, Hal Ghaxaq, A.D.1873 bhala parti mill-wirja tal-Gimgha Mqaddsa 2016.

 


 

 

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s