Lampedusa: Dak li ma narawx

Lampedusa: Dak li ma narawx

X’ġara tassew fit-3 t’Ottubru 2013


Fl-okkażjoni taż-żjara f’Malta ta’ Francesca del Volgo, membru attiv tal-Collettivo Askavusa, l-Inizjamed qed jorganizza serata spontanja fl-10 ta’ Jannar 2016 dwar Lampedusa, partikolarment dak li ma narawx u ma nisimgħux kull darba li l-gżejra tissemma fil-midja.

Collettivo Askavusa huwa għaqda kulturali mwaqqfa fl-2009, bi tweġiba għall-ftuħ ta’ ċentru tad-detenzjoni f’wied mistur f’nofs il-gżira ta’ Lampedusa. Permezz ta’ inizjattivi bħal-LampedusaInFestival, wirjiet, kunċerti u projezzjonijiet ta’ films fl-Italja u pajjiżi oħra, il-Collettivo Askavusa jfittex li jkun sors ta’ informazzjoni minn ras il-għajn dwar is-sitwazzjoni reali fil-gżira u l-militarizzazzjoni kontinwa tagħha bħala sur tal-Fortizza Ewropa.

Programm:

– Preżentazzjoni ta’ Lampedusa u Collettivo Askavusa

– Żewġ films qosra:
(1) eMMMMe, ta’ Lorenzo Sibiriu – film qasir dwar PortoM, arkivju ħaj ta’ oġġetti li ħallew warajhom il-migranti li għaddew minn Lampedusa (11-il min., sottotitli bl-Ingliż)
(2) Il 3 ottobre – Video inchiesta, ta’ Antonino Maggiore / Liberaespressione (41 min., sottotitli bl-Ingliż)

– Intervista ma’ Francesca del Volgo (Collettivo Askavusa) minn Dr. Adrian Grima, u diskussjoni

– Wirja ta’ oġġetti minn PortoM

 


 

 

This coming Sunday, on the occasion of a visit to Malta by Francesca Del Volgo, an active member of Collettivo Askavusa Lampedusa, Inizjamed are organising the projection of two short films about Lampedusa, particularly what we do not hear or see whenever the island is featured in the media.

After the films, Francesca will be interviewed by Dr. Adrian Grima, and a Q&A discussion will follow. There will also be a small exhibition of objects from PortoM, a living archive of objects left behind by migrants on their way through Lampedusa.

Free entry.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s