Intuskat b’Duttrini Foloz

 

DIMECHUNVEILED2

DIMECHUNVEILED1DIMECHUNVEILED9

Proset lil Jessica Micallef, lil Patri Mark Montebello, lil Joe Borg u lill-SKS tal-pubblikazzjoni l-ġdida Dimech Poeta. Il-ktieb fih ukoll studju qasir tiegħi bl-isem ta’ “Intuskat b’Duttrini Foloz. L-Emarġinazzjoni ta’ Poeta Antikolonjali.” Proset tat-tnedija importanti li saret ilbieraħ, il-5 ta’ Settembru, fil-mitt sena eżatt mill-bidu tal-eżilju li kellu joqtol lil Dimech – imma mhux l-ispirtu u l-impenn tiegħu.

Silta mill-artiklu tiegħi:

Dimech Poeta 3-dRobert Mifsud Bonnici daħħal lil Manwel Dimech fid-Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali ppubblikat mid-Dipartiment tat-Tagħrif tal-Gvern fl-1960. F’nota qasira sejjaħlu awtur prolifiku “intuskat b’duttrini foloz” li “waqqaf għaqda soċjalista antiklerikali u antikattolika li wasslitlu għall-eżilju” (Mifsud Bonnici 179). Fehma bħal din fost letterat influwenti fiċ-ċrieki tal-poter b’aċċess għal riżorsi tal-Gvern tispjega għaliex kellhom jgħaddu mitt sena biex jinġabru l-poeżiji ta’ Dimech u jiġu ppubblikati. Din l-opinjoni trid titqies fil-kuntest tal-fehmiet dominanti fl-istabbiliment dwar awturi oħrajn ta’ żmienu. Ngħidu aħna fl-“għadu kbir ta’ Dimech” (Montebello, Dimech 161; ara wkoll Cassar Pullicino 44-5), l-awtur u politiku konservattiv Ġużè Muscat Azzopardi, Mifsud Bonnici jara l-virtujiet li stabbilewh bħala l-patrijarka tal-istabbiliment letterarju Malti fl-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, awtur li kien jammirah saħansitra l-awtur u politiku ewlieni Laburista Ġużè Ellul Mercer.

 

 

Ara, fost l-oħrajn, dan l-artiklu:

http://www.independent.com.mt/articles/2014-08-10/news/manuel-dimechs-exile-a-100-years-ago-6153666561/

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s