Is-Sajf Tiegħi fuq Campus FM

Intervista ta’ Sergio Grech ma’ Adrian Grima

F’dan il-programm nitkellem ma’ Sergio Grech fuq is-sajf tiegħi f’wieħed minn sensiela ta’ programmi fuq Campus FM. Tista’ tniżżel id-diskursata tiegħi ma’ Sergio hawnhekk.

Fil-programm nitkellem dwar il-Mediterran, dwar il-baħar,  il-letteratura ta’ Malika Mokeddem, Tahar Ben Jelloun,  Ġużè Bonnici, u dwar il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta

campus fm

Is-Sajf Tieghi

Sergio Grech jiltaqa’ ma’ personalitajiet lokali dwar kif huma jqattgħu l-istaġun tas-Sajf. Il-programm joħloq kuxjenza dwar kif kategoriji ta’ nies minn esperjenzi differenti jgħixu s-sajf. Barra minn hekk, il-personalitajiet mistiedna jiftakru dwar is-sjuf ta’ tfulithom u kif kienu jqattgħuhom. B’hekk ikollhom l-opportunità li jfakkruna fil-passat riċenti.

Leave a comment