Ħabib f’mument diffiċli

Beppe Fenech Adami
Beppe Fenech Adami

L-aħbar dwar il-mument diffiċli ta’ Beppe u l-familja tiegħu verament sewditli qalbi. Sirt ħabib ta’ Beppe fil-primarja, id-Dorotej tas-Sliema, u mbagħad morna t-tnejn is-sekondarja San Alwiġi, fl-aħħar tas-snin 70. Ma’ Beppe min jaf kemm lgħabt futbol taħt l-arkati tal-iskola tad-Dorotej. Fl-aħħar sena sirna nafu lil Annie, illum il-mara tiegħu.

F’dawn l-aħħar snin kelli l-opportunità nerġa’ nsir naf lil Beppe ftit iktar mill-viċin għax it-tfal tagħna jilagħbu l-futbol mal-istess klabb, u konna Sqallija flimkien għal turnew tal-futbol. Meta niltaqgħu nitkellmu fuq il-familja. Ma nistax nimmaġina minn xiex għaddejjin bħala familja f’dan il-mument iebes.

Kuraġġ lil Beppe. U kuraġġ lill-familja kollha. M’intomx neqsin minnu l-kuraġġ. U lanqas mill-għaqda. Nawguralkom li dan kollu jgħaddi ma jdumx.

Adrian Grima

28.7.14

Melbourne

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s