“Venja” f’Melbourne

adrian-parkville-grupp letterarju tal-victoria_13.7.14_b

Ilbieraħ il-Ħadd, 13 ta’ Lulju 2014, kont mistieden tal-Grupp Letteratura Maltija tal-Victoria, fl-Awstralja, biex naqra fiċ-Ċentru Malti ta’ Parkville fejn isiru ħafna mill-attivitajiet tal-komunità Maltija, fosthom il-laqgħat tal-Malta Historical Association tal-Awstralja. Ħafna mix-xogħol ta’ organizzazzjoni kien f’idejn Paul Vella.

Bdejt il-qari tiegħi bil-poeżija “Kieku Kelli Lanċa Żgħira,” poeżija dwar fenomenu li l-Awstralja, bħal Malta u għadd ta’ pajjiżi oħrajn, imiss miegħu wkoll, dak tal-immigrazzjoni prekarja. Wara l-qari, wieħed mill-membri tal-grupp letterarju Malti-Awstraljan kien qed jgħidli dwar dan il-fenomenu fl-Awstralja, għax minkejja r-retorika kollha, huwa fenomenu verament żgħir: fl-eqqel tal-polemika li wasslet għall-waqgħa ta’ wieħed mill-gvernijiet, fl-Awstralja kienu qed jaslu biss madwar 300 immigrant u immigranta fil-ġimgħ. Qalli wkoll li f’pajjiż magħmul mill-immigranti, diffiċli tifhem kif l-Awstraljani jistgħu jieħdu pożizzjoni negattiva fejn tidħol il-qagħda tal-immigranti prekarji.

It-tieni xogħol li qrajt kien il-poeżija “Fl-Għelieqi Midruba” b’omaġġ lill-Palestinjani, speċjalment dawk ta’ Gaża, li għal darb’oħra qed jiffaċċjaw l-attakki kriminali tal-kolonizzaturi Iżraeljani u b’omaġġ ukoll lil dawk l-attivisti li jissugraw ħajjithom favur id-drittijiet tal-ikkolonizzati.

Imbagħad qrajt in-novella “Venja,” storja vera ambjentata f’Ġunju tal-1942 meta fi ħbit wieħed mill-ajru fuq Malta ndarbu tnax-il ruħ u mietu tnax oħra, fosthom żewġ tfajliet ħut nannti Nina. Hija novella għal qalbi ħafna li minkejja t-tul tagħha jidher li ntlaqgħet verament tajjeb mill-udjenza.

adrian-parkville-grupp-letterarju-victoria-14.7.14

Wara “Venja,” bosta membri tal-Grupp Letteratura tal-Victoria qraw xogħol tagħhom jew ta’ kittieba oħrajn Malltin u Maltin-Awstraljani. Dawk li qraw kienu Dr Victor Sammut (president tal-Grupp), Maria Catania, Marie Louise Anastasi, Frank Bonett, Manwel Cassar, u Paul Vella.

Wara l-għoti ta’ pubblikazzjonijiet tal-Maltin-Awstraljani minn Dr Victor Sammut lili, u l-għoti ta’ xi kotba tiegħi lil-librerija taċ-Ċentru Malti ta’ Parkville, qrajt l-aħħar tliet poeżiji; “Mostar,” “Rajtni Kif Kont Għaddej?” u “Ħallejt Ġenbejk fuq Ruħi.”

Wara l-qari ħadt pjaċir nitkellem ma’ dawk kollha preżenti, fosthom ma’ Manwel Cassar, wieħed mill-iktar awturi prolifiċi elokwenti tal-Grupp li kellimni dwar il-ħtieġa li meta jsiru antoloġiji tal-poeżija Maltija, il-kitbiet tal-awturi tad-djaspora ma jitħallewx barra.

adrian-grima_parkville

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s