Dan l-aħħar is-Sur Carlston Grima, għalliem tal-Malti fl-Iskola Sekondarja tas-Subien tal-Kulleġġ Santa Tereża f’Santa Venera stedinni biex inkellem lill-istudenti tat-tielet sena dwar il-letteratura u l-analiżi letterarja fit-8 ta’ April 2014. L-attività kienet parti mill-attivitajiet tal-ġimgħa tal-librerija li għaliha l-iskola stiednet għadd ta’ awturi.
Kienet esperjenza pożittiva ħafna. Inħoss li għalija huwa importanti li jkolli l-opportunità niddiskuti l-letteratura mat-tfal u l-istudenti ta’ etajiet differenti biex nifhem aħjar ir-relazzjoni tagħhom mal-letteratura u dak li jaraw fiha u jistennew minnha.
Fl-ewwel parti tas-sessjoni li għamilna flimkien urejtħhom sekwenza drammatika minn film magħruf u mbagħad iddiskutejt magħhom kif il-film jirrakkonta din il-ġrajja drammatika. L-istudenti ħadu sehem b’ħeġġa kbira fid-diskussjoni u ħarġa b’osservazzjonijiet verament f’waqthom.
Nirringrazzja lis-Sur Grima tal-istedina u lis-surmast, l-għalliema u l-istudenti talli laqgħuni fosthom.
——
Grazzi lill-istudenti tas-sitt klassi tal-Primarja tal-Qrendi u lil Ms. Theuma tal-entużjażmu tagħhom fil-kitba tal-poeżija u l-esperimenti bir-rima ma’ “Maqluba” waqt sessjoni li għamilna flimkien fl-10 ta’ April 2014. Fakkartuni kemm il-poeżija kapaċi tentużjażma lil kulmin ikun miftuħ għaliha. Ħadt gost nikkorda l-poeżija magħkom. U grazzi lil Anton Buttgieg u l-limerikki tiegħu tal-ispirazzjoni.
ANTON BUTTIGIEG
Kien hemm darba xiħ il-Maqluba
miskin kellu żaqq daqs katuba;
għattieha bil-landa,
u ħareġ mal-banda
iħabbat minflok il-katuba.
L-istedina waslitli mingħajr is-Sur Sergio Grech, assistent kap tal-iskola. Napprezza l-interess li jieħu fl-edukazzjoni anki letterarji tal-istudenti tal-iskola.