X Festival Internacional de Poesía de Granada, Nicaragua

calle-la-calzada_19.2.14
Calle la Calzada, fejn kont qed noqgħod, f’jum il-Karnival tal-Poeżija

 

Bejn is-16 u t-23 ta’ Frar 2014 kont mistieden fil-belt kolonjali ta’ Granada, in-Nikaragwa, biex flimkien ma’ poeti minn 52 pajjiż mill-kontinenti kollha nieħu sehem f’wieħed mill-iktar festivals internazzjonali eċitanti tal-poeżija. Din kienet l-għaxar edizzjoni tal-Festival Internacional de Poesía de Granada, festival li beda fl-2005 u stabbilixxa ruħu malajr bħala l-aktar avveniment kulturali internazzjonali importanti fin-Nikaragwa, bis-sehem ta’ eluf ta’ nies mill-komunità lokali u nazzjonali, u minn barra l-pajjiż.

Dan huwa l-video tal-Karnival tal-Poeżija. Hawnhekk ninstema’ jien: F’dan il-mument ninstema’ jien nintroduċi “L-Imħabba bħal Murtal,” 16.46.

 

OLYMPUS DIGITAL CAMERA
Il-palk prinċipali fi Pjazza Indipendenza

Fl-2013 il-poeta poliglotta Malti Antoine Cassar fetaħ it-triq għas-sehem tal-poeti Maltin f’dan il-festival u ħafna nies jiftakru sew il-Passaport tiegħu.

Image
L-awturi kollha li ħadu sehem fil-festival. Jien ninsab fuq nett, fuq il-lemin
??????????????????????
Ernesto Cardenal
karnival-palk-19.2.14_by-naomi-ayala
Minn fuq il-palk, ħdejn l-għadira, dakinhar tal-Karnival tal-Poeżija

Il-poeta, eksqassis Kattoliku u politiku Ernesto Cardenal Martínez, li twieled fl-20 ta’ Jannar 1925, reġa’ ħa sehem fil-festival ta’ din is-sena u minkejja l-età tiegħu, il-qari tiegħu kien wieħed mill-isbaħ mumenti. Cardenal huwa teologu magħruf tal-Liberazzjoni u fundatur tal-komunità ta’ arti primittivista fil-Gżejjer Solentiname, fejn għex għal iktar minn 10 snin (1965–1977). Cardenal kien membru tal-moviment tas-Sandinistas Nikaragweni u ministru tal-kultura mill-1979 sal-1987. Fl-1984 Ernesto Cardenal żar Malta fuq stedina tal-Laboratorju tal-Paċi għal konferenza dinjija dwar il-paċi u l-ħelsien, ftit xhur qabel ma rriżenja l-Priministru Dom Mintoff, u kiteb poeżija mnebbħa miż-żjara tiegħu f’pajjiżna li Antoine Cassar ittraduċiha mill-oriġinal bl-Ispanjol għall-Malti. Cassar jgħid li s-siġra taż-żebbuġ li ħawwel dan il-poeta ewlieni Nikaragwen fil-Laboratorju tal-Paċi u l-Furjana, faċċata tal-Phoenicia, kibru u baqgħu b’saħħithom. Fil-poeżija “En Malta” Cardenal jistqarr li għalaq il-konferenza f’Malta “laqgħa tal-paċifisti u gwerrieri” bil-messaġġ: “La ħelsien bla paċi, u la paċi bla ħelsien. / – ‘Il-ħaqq u s-sliem jitbewsu”, jgħid is-Salm –’.”

adrian-grima_by-naomi-ayala__1
Ritratt meħud mill-poetessa Pwerto Rikana, Naomi Ayala

Fil-festival ħadu sehem mal-115-il poeta u poetessa f’ġimgħa sħiħa ta’ attivitajiet li jibdew minn filgħodu u jibqgħu sejrin sa tard filgħaxija, u l-punt ta’ riferiment, iċ-ċentru ewlieni ta’ kollox, imma mhux l-uniku wieħed, kien il-bini tal-Fondacion Casa de Los Tres Mundos fi Plaza de la Independencia, il-pjazza ewlenija ta’ Granada. Hemmhekk kien hemm tinda u mikrofonu dejjem disponibbli għall-poeti Nikaragweni biex jaqraw ix-xogħol tagħhom, imma kien hemm ukoll grupp ta’ mużiċisti Ġermaniżi li taw kunċert ta’ mużika u lirika innovattiva, u dejjem kien ikun hemm in-nies taħt u madwar it-tinda jisimgħu b’attenzjoni kbira. Fi pjazza kien hemm ukoll għadd ta’ tined bil-kotba għall-bejgħ u oħrajn jippromwovu l-qari u attivitajiet simili marbutin mal-kotba.

adrian_tarek-el-tayeb_mombacho_1
Mal-awtur magħruf Eġizzjan u ħabib Tarek Eltayeb

Minbarra l-qari fuq il-palk prinċipali kull filgħaxija bejn is-6.00pm u t-8.00pm, apprezzajt u ħadt gost partikulari fil-Karnival tal-Poeżija li sar l-Erbgħa 19 ta’ Frar wara nofsinhar f’xemx taqli l-ġrieden imma f’atmosfera verament festiva u kreattiva.

karnival-19.2.14_by-naomi-ayala_1
Nikaragweni tal-kosta tal-Karibew

2:00 – 6:00 PM

Poetic Carnival

Burial: “MALE CHAUVINISM AND VIOLENCE AGAINST WOMEN”

FUNERAL PROCESSION

OPENING REMARKS

Parades of floats with all manifestations of Nicaraguan folklore

Long live poetry! Long live freedom! Long live love! Here is Granada!

Place of departure: From the atrium of La Merced Church, continuing along La Calzada to Lake Cocibolca.

POETRY READINGS AT EVERY STREET CORNER ALONG THE ROUTE

Coordination: Fernando López, Salomón Alarcón, Bayardo Martínez, Luz Marina Acosta and  Jimmy Javier Obando

Decimoprimera esquina:

Miklavž Komelj (Eslovenia), Cristopher Montero Corrales (Costa Rica), Adrian Grima (Malta)

Dan il-Karnival kien jikkonsisti f’parata ta’ eluf ta’ nies matul it-toroq ta’ Granada, minn quddiem il-Knisja ta’ La Merced, bis-sehem tal-poeti kollha mistiedna, karrijiet żgħar imma sinifikattivi ħafna, żeffiena u mużiċisti minn bnadi differenti tan-Nikaragwa, bil-kulturi differenti tagħhom, għadd kbir ta’ studenti tal-iskola, residenti tal-belt ta’ Granada, u turisti. Fi ħdax-il kantuniera differenti, il-parata waqfet biex tisma’ poeżija waħda minn għadd ta’ poeti.

unnamed
Waqt il-qari ta’ L-Imħabba l-Murtal fil-Karnival tal-Poeżija. Ritratt meħud minn Diana Castillo

Jien kont l-aħħar wieħed li qrajt minn fuq il-palk mobbli fuq quddiem nett: qrajt il-poeżija “L-Imħabba bħal Murtal.” It-tema tal-karnival u tal-Festival kollu kemm hu kien “Il-Mewt tal-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Maċiżmu,” tema li għadd ta’ nisa qabdu fl-interventi u l-qari tagħhom matul il-Karnival. Kien hemm twiebet fil-parata, karru tal-mejtin, u għadd ta’ maskaruni libsin ta’ katavri, u fl-aħħar tal-parati wieħed mit-twiebet letteralment intefa’ fl-għadira Cocibolca. It-tfal tal-iskola, bl-uniformi tal-primarja daru magħna l-poeti u minbarra li talbuni l-awtografi għamlulna għadd ta’ mistoqsijiet dwarna u dwar il-kitba tagħna. Kien entużjasti ħafna t-tfal u s-sehem attiv tagħhom juri minn fejn ġejja u kif titrawwem l-imħabba għall-poeżija f’dan il-poplu passjonali u kburi.

joris-Iven_adrian-grima
Mal-awtur Belġjan Joris Iven

Il-Ġimgħa, flimkien ma’ poeti minn erba’ pajjiżi oħrajn, qrajt żewġ poeżiji fil-kulleġġ sekondarju Pierre y Marie Curie f’Managua, quddiem madwar 250 student u studenta ta’ bejn 13 u 17-il sena. Kienet esperjenza straordinarja għax l-istudenti laqgħuna bil-kbir, ħadu għadd ta’ ritratti magħna, talbuna l-awtografu tagħna, żifna żifna moderna għalina, u qraw għadd ta’ poeżiji li kitbu huma. Il-qari tagħna ntlaqa’ tajjeb ħafna. Jien qrajt “Quddiem Spiżerija tal-Gvern” u “Ħallejt Ġenbejk fuq Ruħi” bil-Malti u l-poeta Nikaragwen Hector Avellán qrahom bl-Ispanjol, traduzzjoni tal-poetessa Myriam Montoya fuq xogħol ta’ Elizabeth Grech.

MANAGUA

10:00 AM – 12:00 noon in Managua

Colegio Pierre y Marie Curie

Hughes Labrusse (Francia), Sonja Manojlovic (Croacia), Adrian Grima (Malta), Ahmad Alshahawy (Egipto), Hector Avellán (Nicaragua)

??????????????????????
Ma’ żewġ studenti fil-Kulleġġ Curie

It-tielet u l-aħħar qari tiegħi kien fil-lejla finali, is-Sibt 22 ta’ Frar, fuq il-palk prinċipali fi Pjazza Indipendenza, quddiem udjenza ta’ madwar elfejn ruħ imlebilba għall-poeżija. Bħal kull lejla, kienet udjenza magħmulin minn nies ġejjin minn kull qasam tas-soċjetà Nikaragwena, minn professjonisti u letterati sa bejjiegħa fit-toroq, ġenituri bi tfal żgħar, żgħażagħ u adolexxenti. Kulħadd jipparteċipa u jirreaġixxi bil-mod tiegħu.

6:30 PM to 8:00 PM

POETRY READING

Place:Plaza de la Independencia

Coordinated by: Fernando López, Luz Marina Acosta, Nicasio Urbina

 

Primera mesa:

Rita Dove (Estados Unidos), Francisco de Asís Fernández (Nicaragua), Jorge Arbeleche (Uruguay), Albert Ostermaier (Alemania), José María Zonta (Costa Rica), Ahmad Alshahawy (Egipto), Pedro Xavier Solís (Nicaragua)

Segunda mesa:

Diti Ronen (Israel), Nicasio Urbina (Nicaragua), Francis Combes (Francia), Fabrizio Dall’Aglio (Italia), Adrian Grima (Malta), Jean Portante (Luxemburgo), Marco Martos (Perú),  Anastasio Lovo (Nicaragua)

Jien qrajt il-poeżiji “Għajnejk l-Alġier,” “Qalb Xagħrek Imqanfed,” u “Ħallejt Ġenbejk fuq Ruħi,” u Nabucodonosor Ganimedes qara t-traduzzjonijiet għall-Ispanjol. Qatt ma kont qrajt quddiem elfejn ruħ imlebilbin għall-poeżija.

udjenza
L-udjenza tal-festival filgħaxija

Ir-Relazzjoni tal-Poeżija mal-Pubbliku

Dan il-festival biddilli profondament il-konċezzjoni tiegħi tar-relazzjoni tal-poeżija mal-poplu inġenerali. Fl-Ewropa kontinwament nisimgħu dwar kemm il-poeżija saret irrelevanti, kemm jaqrawha ftit nies. F’Malta kontinwament nisimgħu dwar kif il-letteratura hija l-ossessjoni ta’ niċċa żgħira ta’ nies li jitkellmu bejniethom u jifirħu bihom infushom, u li l-kultura ta’ vera jeħtieġ li tkun għall-poplu inġenerali. Poplu u populiżmu jispiċċa donnhom l-istess ħaġa, jew almenu gradi differenti tal-istess fenomenu. Imma l-esperjenza n-Nikaragwa wrietni li meta jkun hemm kultura ta’ poeżija, meta jkun hemm rispett lejn il-letteratura, il-poplu jilqagħha, anki meta tkun fl-aqwa tagħha. Trid tkun poeżija li kapaċi tikkomunika man-nies, anki b’mod immedjat, bħalma jiġri f’festival, imma l-udjenza wkoll trid tkun imħejjija biex tapprezza dak li l-poeżija l-iktar rikka u innovattiva kapaċi tagħmel bil-kelma. L-udjenza fi Granada hekk kienet: nies minn oqsma differenti tas-soċjetà Nikaragwena li tapprezza l-kelma mirquma, l-intertestwalità, l-eki tat-tradizzjoni letterarja rikka ta’ dan il-poplu u tal-Amerika Latina, it-tematika impenjata, il-ħila espressjoni u l-passjoni fir-reċitazzjoni tal-poeżija. Mhix udjenza li mal-ewwel li jkollha tmaqdar u tkisser: hija udjenza li tilqa’ l-poeżija fi spirtu pożittiv. Imma mhux kollox jgħaddi, u l-kapaċità titla’ waħedha fil-wiċċ.

Il-poeżija li nqrat fil-festival, speċjalment, ikolli ngħid, mill-poeti nisa, kienet kitba intelliġenti, kultanti ironika imma qatt ċinika, ħafna drabi intensa, dejjem kommoventi u impenjata. Fil-qari li sar waqt il-Karnival tal-Poeżija, bosta nisa ffukaw fuq it-tema tal-vjolenza fuq in-nisa u l-interventi tagħhom kienu kultant qawwijin ħafna. Hawn taħt qed nirriproduċi l-messaġġ ta’ Antonio Banderas dwar il-Festival u t-tema li għażel.

Maltija fi Granada

Fi Granada kelli x-xorti niltaqa’ ma’ waħda mill-voluntiera involuti fit-tmexxija tal-Festival li għandha nisel Malti. Il-bużnannu ta’ Angela kien kaptan ta’ bastiment li fil-bidu tas-seku żżewweġ Messikana u marru joqogħdu fil-belt ta’ Corinto fin-Nikaragwa.

???????????????????????????????
Ma’ Angela, li għandha nisel Malti

Minn Issa ’l Quddiem

Kien ta’ sodisfazzjon kbir għalija li tnejn mill-awturi mistiedna din is-sena fi Granada kienu poeti li diġà ħadu sehem fil-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta, Fatena Al-Gurra u Tarek Eltayeb. Naf li tkellmu b’mod verament pożittiv fuq il-festival li Inizjamed torganizza f’Malta bl-għajnuna, fost l-oħrajn, tal-Organisation Support Grant tal-Malta Arts Fund. Jidher ċar li l-awturi li qed nistiednu għall-festival ta’ Malta huma rispettati u mfittxija internazzjonalment u qed jagħmlu promozzjoni tajba ħafna għalina. Hemm awturi oħrajn li ħadu sehem fil-festival ta’ Granada fis-snin li għaddew li wkoll ħadu sehem fil-festival ta’ Malta, fosthom, naturalment Antoine Cassar.

???????????????????????????????
Il-karru tal-mewt tal-vjolenza kontra n-nisa u l-maċiżmu fil-Karnival tal-Poeżija

Is-sehem tiegħi f’dan il-festival kien strumentali li ġew tradotti wħud mill-poeżiji tiegħi għall-Ispanjol u issa nixtieq li, permezz tal-kuntatti li għamilt, naħdem fuq ġabra ta’ poeżiji tiegħi tradotti għall-Ispanjol u oħra għall-Għarbi. Barra minn hekk, iltqajt ma’ poeti li jkunu ideali biex jieħdu sehem fil-festival internazzjonali ta’ Malta, mhux biss fuq livell poetiku imma anki fuq livell uman.

Nittama li l-poeti Maltin jibqgħu jieħdu sehem f’dan il-festival. Nissuġġerixxi li jtellgħu magħhom imqar ġabra żgħira stampata tal-poeżiji tagħhom bil-Malti u bl-Ispanjol għaliex dan ikun biljett mill-aqwa għalihom.

Is-sehem tiegħi fil-Festival Internazzjonali tal-Poeżija ta’ Granada fin-Nikaragwa ma kienx ikun possibbli mingħajr l-għajnuna imprezzabbli tal-Mobility Support Grant tal-Malta Arts Fund.

adrian-grima_by_mohammad-hudaib
Ritratt meħud fil-Karnival tal-Poeżija mill-poeta Palestinjan Muhammad Hudaib

Antonio Banderas’s Message to Granada’s Poetry Festival, for adhering to UNITE to End Violence against Women campaign.

Hi, I’m Antonio Banderas. Although I cannot accompany you personally in this celebration of poetry, which is the International Poetry Festival of Granada, I want to send you a very special greeting.

As you, I am admirer of Ruben Dario, that great Nicaraguan poet you honor. But I’m also Goodwill Ambassador of the UN program for development UNDP and, as such, I celebrate the Festival for joining the UN Secretary-General UNITE to End Violence against Women campaign.

As a man, as an artist, I believe that women are source of life, poetry. They should not be offended nor mistreated not even with a rose’s petal. However, more than half women in the word suffer from some kind of physical, psychological or sexual abuse throughout their life, and that has to stop.

To hit or abuse a woman is to be a coward. True men do not hit women.

I invite you as poets, as lovers of poetry, to add your voices to denounce this violence, and promote a culture that eradicates inequity to bring women the respect they greatly deserve.

Good night and Long Live Poetry!

http://www.youtube.com/watch?v=I-bEo5usnqI&feature=em-share_video_user

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s