Mamo l-Veru fuq Campus FM

Il-messaġġ promozzjonali għal din is-sensiela huwa dan.

logo campus fmJixxandar kull nhar ta’ Tlieta fit-8.00pm b’ripetizzjoni l-Ġimgħa fl-10.00am mit-Tlieta 28 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 23 ta’ Mejju 2014 fuq Campus FM 103.7

Din is-sensiela ta’ Adrian Grima tippreżenta l-iktar studji riċenti dwar il-personalità letterarja kumplessa ta’ Juann Mamo mill-Konferenza Juann Mamo li saret f’Ottubru tal-2013. Minbarra l-analiżi fl-istudio ta’ studjużi minn oqsma differenti, Manwel Mifsud jaqra siltiet mill-edizzjoni l-ġdida tar-rumanz ikoniku Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka. Il-konferenza ġiet organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università bi sħab mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

  • Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Adrian Grima
  • Tekniku tal-programm Samuel Attard
  • Il-vuċi tas-sigla hija ta’ Mark Vella, editur ta’ Juann Mamo, Ġrajja Maltija. Ġabra ta’ Novelli (KKM 2010)
  • Għażla tal-mużika matul il-programm ta’ Samwel Grima
Sigla meħuda minn “An viagi tal-grupp Mau Mau
Mau Mau
Il-grupp Mau Mau
Mużika fl-isfond ta’ Charles Mingus, Dave Brubeck, Miles Davis, John Coltrane, Avishai Cohen, Weather Report, Vijay Iyer, Paul Chambers, u Robert Glasper.
Il-programmi f’din is-sensiela:
  1. Il-Letteratura u t-Tagħlim tul il-Ħajja | Evarist Bartolo, Mario Cardona
  2. Nistgħu ma niktbux il-veru? Joe Friggieri, Mark Vella
  3. Il-Kanonizzazzjoni ta’ Awtur | Oliver Friggieri, Adrian Grima
  4. Ir-Rappreżentazzjoni tat-Tradizzjoni Popolari Anna Borg Cardona, Immanuel Mifsud
  5. Il-poeżiji ta’ Mamo u Dimech Annalise Vassallo, Henry Frendo, Jessica Micallef
  6. L-Esperjenza tal-Poeżija Saturnina Tonna, Annalise Vassallo, Jessica Micallef
  7. Fejn Mar l-Ilsien Malti Manwel Mifsud
  8. Il-Kreazzjonijiet ta’ Mamo Clifford Jo Zahra, Olvin Vella
  9. Il-Problema tad-Djalett Michael Spagnol
  10. L-Intraduċibilità ta’ Mamo Albert Gatt, Ivan Callus
  11. Personaġġi Tipi Lara-Marie Cilia
  12. Meta r-Rakkontatur Ma Jirrakkontax Bernard Micallef,
  13. Dak li ma jistax jinqara Ivan Callus, Giuseppe Schembri Bonaci, Adrian Grima
  14. L-Art Imwiegħda Lawrenz E. Attard, Immanuel Mifsud
  15. L-Univers Mediku ta’ Mamo Charles Scerri
  16. Il-Frabka ta’ Mamo John C. Betts
  17. Personaġġi ta’ Veru Raymond Mangion

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s