IL-ĠIMGĦA 7 TA’ NOVEMBRU – 19.00HRS
‘JUANN MAMO MA KIENX KUNTENT IĦALLI D-DINJA KIF SABHA’ – IL-PRIM MINISTRU

Juann Mamo ma kienx kuntent iħalli d-dinja kif sabha. Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat meta ġie ippreżentat kopja tas-Sensiela Juann Mamo, sensiela bir-rumanz Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka, il-personsaġġi storiċi li jissemmew fl-istess rumanz u bil-poeżiji ta’ Juann Mamo. Il-Prim Ministru qal li Juann Mamo kiteb dwar is-soċjeta’ ta’ żmienu bil-għan li jġeddidha.
‘Fil-kreattività mqarba tiegħu hemm moħħ li jgħarrex u spirtu ħaj u ħieles. Dawn huma kwalitajiet li neħtieġu aħna wkoll illum, kwalitajiet li bihom nagħrfu aħjar lilna nfusna bħala ġens fi stat kontinwu ta’ evoluzzjoni u żvilupp. Ġens li jeħtieġ ikompli jitgħallem, tul il-ħajja kollha. Huma kwalitajiet li neħtieġu aħna wkoll biex nagħrfu l-kwalitajiet tal-oħrajn, ta’ dawk, huma minn fejn huma, li jiġu fostna, imqar għal ftit jiem, jew għal ftit snin, sakemm isibu dar ġdida.’qal il-Prim Ministru.

Għall-preżentazzjoni attendew ulied Juann Mamo, Saturnina u Delphin Satiro u ġenerazzjoni ġdida ta’ letterati, artisti u akkademiċi li ħadmu u qed jaħdmu b’mod verament professjonali fuq ix-xogħol ta’ Mamo: il-Prof. Manwel Mifsud, is-sinjuri Olvin Vella, Adrian Grima, Anton Cassar, Olivia Borg, Annalise Vassallo u l-artist Pierre Portelli.

Is-Sensiela Juann Mamo (Pubblikazzjoni SKS) hija triloġija ta’ kotba ta’ u dwar Juann Mamo li se tkun imnedija uffiċċjalment waqt il-Fiera tal-Ktie. It-tliet kotba huma edizzjoni ġdida tar-rumanz Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka, b’daħla kritika u glossarju estensiv, ktieb dwar il-Personaġġi f’dan ir-rumanz, u ktieb li jiġbor flimkien, għall-ewwel darba, u f’edizzjoni kritika, Il-poeżiji ta’ Juann Mamo.

Juann Mamo, awtur, studjuż u attivist kulturali straordinarju,twieled fl-1886 u miet ta’ età żgħira, u f’ċirkostanzi misterjużi fl-1941.
—
JUANN MAMO REFUSED TO LEAVE THE WORLD AS HE FOUND IT
Prime Minister Joseph Muscat
Juann Mamo refused to leave the world as he found it, with its profound injustices. This is what Prime Minister Joseph Muscat said when he was presented with copies of the three books published by SKS in its series on Juann Mamo. The Prime Minister said that Mamo wrote about the society he lived in in order to renew it.
“Behind his restless creativity there is a mind that is always searching for new paths, a free spirit that is full of life. These are the qualities we need today, qualities that allow us to understand ourselves better as a national community that is in a constant state of evolution and development. A national community that must gear itself to a lifelong process of learning. These are the skills we need to understand the qualities of other peoples, of those, wherever they come from, who live among us, perhaps for a few days, perhaps for a few years, until they find a new home,” said the Prime Minister.

The presentation was attended by Dr. Adrian Grima, general editor of the series, Anton Cassar, the main author of the book about the historical figures mentioned in Mamo’s now classic novel (Personaġġi f’Ulied in-Nanna Venut ta’ Juann Mamo), Annalise Vassallo, author of a critical edition of Mamo’s collected poems, Tħeġġiġa lill-Kittibin. Il-Poeżiji ta’ Juann Mamo, and artist Pierre Portelli, who designed the box set. Juann Mamo’s two surviving children, Saturnina u Delphin Satiro, will also be present.
This set of three books will be officially launched at the National Book Festival at the Mediterranean Conference Centre on Friday 15th November at 7.30pm. The new edition of the novel, in which Prof. Manwel Mifsud was the main language consultant, includes a comprehensive glossary and new critical introduction by Adrian Grima. The book about the historical figures in the novel includes extensive research by Olivia Borg and Adrian Grima. The poems by Mamo collected by Annalise Vassallo are being published in book form for the first time.

The author and cultural activist Juann Mamo was born in 1886 and died relatively young and in mysterious circumstances in 1941.
—