Ritratt Sensazzjonali ta’ Dun Karm

Għadu kemm ħareġ artiklu akkademiku ġdid tiegħi dwar “Ritratt Sensazzjonali ta’ Dun Karm” fi ktieb ippubblikat mill-Kunsill ta’ Ħaż-Żebbuġ bl-isem ta’ Dun Karm. Patrimonju Malti u Żebbuġi, editajt minn Philip E. Said.

Hemm ukoll, fost l-oħrajn, studju ta’ Olivia Borg dwar xejriet paterni u materni f’Dun Karm u ieħor ta’ Oliver Friggieri dwar l-innu nazzjonali.

Fl-1901, meta kellu 30 sena, Dun Karm ħa ritratt liebes ta’ Għarbi meta kien Tuneż. Il-bijografu ewlieni ta’ Dun Karm, Ġużè Cardona, isejjaħlu “ritratt sensazzjonali” imma “s-sensazzjonalità” tiegħu ma nħossx li hija marbuta tant mal-att li jwettaq Dun Karm li jidħol fil-ħanut ta’ fotografu biex jieħu ritratt tiegħu nnifsu liebes ilbies tradizzjonali “eżotiku” tal-post imma mar-reazzjoni tagħna quddiem dan ir-ritratt.

Aktarx għandu raġun Peter Srracino Inglott li Dun Karm, speċjalment id-Dun Karm ta’ qabel il-ġrajjiet tar-riforma fis-Seminarju tal-1910 li nikktuh u għamluh iktar sobriju, kien bniedem bil-wisq iktar ċajtier milli nimmaġinawh illum meta naqraw ix-xogħlijiet l-aktar rappreżentattivi tiegħu, u dan jispjega wkoll għaliex ħa dan ir-ritratt li mhux tas-soltu. Iżda dak li jinteressani l-aktar illum, aktar minn mija u għaxar snin wara li ttieħed dak ir-ritratt, huwa r-reazzjoni tagħna għalih, għax din tixħet dawl fuq x’tirrappreżenta l-figura ta’ Dun Karm għalina llum.


 

One thought

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s