Isma’ l-programmi kollha hawnhekk
Is-sensiela tiegħi Bellavista mill-Ħabs, ibbażata fuq id-djarju ta’ Karmenu Duca MC fil-ħabs ta’ Bellavista, f’Medellin, il-Kolombja, qed terġa’ tixxandar fuq Campus FM, 103.7 fuq l-FM. It-Tlieta fid-9.30am u l-Ġimgħa fis-1.30pm.
Bro. Karmenu jaqra d-djarju tiegħu u mistednin oħrajn jitkellmu dwar aspetti oħrajn tal-ħajja fil-Kolombja u r-realtajiet tal-ħabs f’Malta. Hemm ukoll ħafna mużika Kolombjana.
Is-sensiela tinsab ukoll hawnhekk: http://campusfm.um.edu.mt/pages/webcastspages/bellavista.htm
Id-djarju ta’ Bellavista huwa inkluż fil-ktieb ta’ Bro. Karmenu Duca, Għaxar Snin il-Ħabs, ippubblikat minn Horizons, li jinsab għall-bejgħ mingħand Horizons stess jew minn hawnhekk.