Klijenti Antipatiċi u Kappuċċini Kesħin

Inizjamed – Is-Sibt, 22 ta’ Settembru 2012, 8:00pm – 10:00pm

Adrian Grima u Walid Nabhan

Mużika jazz oriġinali, wirja ta’ pittura u letteratura internazzjonali mill-aqwa tradotta għall-Malti minn uħud mill-aqwa kittieba kontemporanji

Nhar is-Sibt li ġej, 22 ta’ Settembru, fit-8.00pm, uħud mill-aqwa kittieba kontemporanji Maltin se jaqraw xogħlijiet letterarji ta’ awturi minn għadd ta’ pajjiżi f’lejla ta’ letteratura fil-Biblijoteka Nazzjonali, Pjazza Reġina, il-Belt Valletta. Se jkun hemm ukoll mużika jazz oriġinali bis-sehem tal-pjanista Joe Debono u s-sassofonista Carlo Muscat. Id-dħul huwa b’xejn u wara se jkun hemm riċeviment.Matul il-lejla, li permezz tagħha Inizjamed u r-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta se jiċċelebraw il-Jum Ewropew tal-Lingwi, se jkun hemm ukoll wirja straordinarja ta’ pittura internazzjonali oriġinali mtellgħa mill-Bieganski Foundation.Fil-lejla se jinqraw xogħlijiet ta’ Mohamed Al Amraoui (il-Marokk/Franza), Awlad Ahmed (it-Tuneżija), Valerio Cruciani (l-Italja), Mimmo Grasso (l-Italja), Biagio Guerrera (Sqallija), Biel Mesquida (Mallorca), Samira Negrouche (l-Alġerija), Rasha Omran (is-Sirja), Aki Salmela (il-Finlandja), Roman Simic (il-Kroazja), u Paola Turroni (l-Italja). It-traduzzjonijiet għall-Malti, u wħud mill-poeżiji fil-verżjoni oriġinali, se jinqraw minn Clare Azzopardi, Keith Borg, Albert Gatt, Claudia Gauci, Adrian Grima, Simone Inguanez, u Immanuel Mifsud.

Il-mużiċisti jazz magħrufa Joe Debono u Carlo Muscat se jdoqqu żewġ kompożizzjonijiet oriġinali tagħhom, addattament ta’ “Lament” ta’ Charles Camilleri, u arranġament ta’ “Lanċa Ġejja u Oħra Sejra.” Dawn iż-żewġ mużiċisti daqqew flimkien fil-Malta Jazz Festival tal-2012. Carlo Muscat, li huwa perit, idoqq is-sassofonu tenur u qed jistabblixxi ruħu bħala esponent ewlieni tal-jazz f’Malta. Wara għadd ta’ snin jistudja ma’ Vinnie Vella Snr, Carlo Muscat beda jdoqq f’lokalitajiet differenti, fosthom ma’ Dominic Galea, fit-Teatru Manoel. Il-pjanista Joe Debono jitqies bħala waħda mill-aktar vuċijiet individwali fuq il-pjanu u daqq ma’ għadd ta’ artisti Maltin u barranin. Huwa jgħallem l-improvizzazzjoni tal-jazz fl-iskola nazzjonali tal-mużika Johann Strauss.

Xogħol ta’ dawn il-mużiċisti flimkien issibuh fuq iċ-channel ta’ Carlo Muscat fuq youtube, fosthom: http://www.youtube.com/watch?v=v2rWstXUSXU&feature=plcp.
Il-kollezzjoni tal-arti tal-Bieganski Foundation li issa tinsab Malta tinkludi xogħlijiet tal-perjodu Impressjonista, Modern u kontemporanju ta’ artisti bħal Viola Patterson, Raoul Dufy, Jean Puy u Oskar Kokochka, ġabra ta’ ittri u skizzi li għaddew bejn Vincent van Gogh u l-ħabib tiegħu, post-Impressjonista Emile Bernard, skizz ta’ Michelangelo, xogħlijiet bikrin ta’ Van Gogh, nudo tal-1919 ta’ Picasso, u akkwarelli ta’ Renoir, u xogħlijiet ta’ artisti ewlenin Maltin bħal Pawl Carbonaro, Joe Genovese, Andrew Diacono, u Gabriel Caruana.Hemm aktar tagħrif fuq “Klijenti Antipatiċi u Kapuċċini Kesħin,” titlu meħud minn xogħol ta’ Valerio Cruciani, fuq Facebook.

Din il-lejla se tkun antiċipazzjoni ta’ żewġ kotba ġodda bi traduzzjonijiet għall-Malti ta’ xogħlijiet ta’ awturi li ħadu sehem fil-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta:

L-awturi u t-tradutturi huma: Awlad Ahmed, Fatena Alghorra, Clare Azzopardi, Norbert Bugeja, Antoine Cassar, Valerio Cruciani, Mohamed El Amraoui, Mona Elshemi, Hassan el Ouazzani, Albert Gatt, Claudia Gauci, Maria Grech Ganado, Polona Glavan, Mimmo Grasso, Adrian Grima, Biagio Guerrera, Golan Haji, Simone Inguanez, Biel Mesquida, Immanuel Mifsud, Nadia Mifsud, Walid Nabhan, Samira Negrouche, Rasha Omran, Jordi Punti, Aki Salmela, u Karl Schembri.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s