Poeżija u kitba argumentattiva fi 3.mt

 

3.mt.jpgIl-poeżija “Anja l-Bandli” u l-kitba argumentattiva “Id-Dehxa tal-Ballun” ta’ Adrian Grima huma fost il-kitbiet fil-ktieb għall-istudju tal-Malti fit-tielet sena tas-Sekondarja, 3.mt (Merlin Publishers 2012).

L-awtriċi tal-ktieb hija Clare Azzopardi u l-illustrazzjonijiet huma ta’ Lisa Falzon.

Bħall-kotba l-oħra tal-istess serje, kull taqsima ta’ 3.mt titlaq minn storja jew rakkont, minn ġrajja, aħbar jew argument. Uħud huma miktubin apposta għal dan il-ktieb u xi ftit oħra huma meħuda minn kotba differenti. It-temi jvarjaw bħalma jvarjaw il-ġeneri. Marbut ma’ kull silta hemm sett ta’ mistoqsijiet li għandhom iqanqlu diskussjoni u riflessjoni. Kull taqsima (tmienja b’kollox) se tgħin lill-istudenti fil-ħiliet tal-qari (permezz tat-taħriġ il-fehem), tat-taħdit (permezz tad-diskussjoni u l-preżentazzjoni fil-klassi), tas-smigħ (permezz tal-podcast) u tal-kitba. Apparti hekk, it-taqsimiet għandhom ukoll iqajmu interess għall-għarfien kulturali li jmur lil hinn minn dak ta’ pajjiżna, kif ukoll għall-għarfien grammatikali, sintattiku u ortografiku.

Dan il-ktieb għandu jgħin lill-istudenti jżommu portfoljo tal-Malti, bil-kitbiet tagħhom, bil-poeżiji, bil-mistoqsijiet u t-tweġibiet, bir-riċerka dwar temi kulturali u topiks għad-diskussjoni, bl-eżerċizzji grammatikali, bir-riflessjonijiet u l-ideat tagħhom rigward it-tagħlim tal-lingwa nattiva.

 


 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s