
Novella ġdida ta’ Adrian Grima waqt Tirqim u fi Skariġġi
L-24 ta’ Ġunju 2012, fis-7:30pm fl-istudio theatre ġdid tat-Teatru Manoel, bi dħul minn 81, Triq Zekka, Il-Belt, saret lejla ta’ qari ta’ novelli bħala tnedija tal-antoloġija Skariġġi.
Wara serje ta’ seminars b’kollaborazzjoni ma’ PoeżijaPlus bl-isem ta’ TIRQIM, u li fihom inqraw 9 novelli oriġinali, issa jmiss it-tnedija tal-antoloġija li tiġbor fiha dawn in-novelli editjati, flimkien ma’ traduzzjoni ta’ novella ta’ Berislav Blagojevic. It-tnedija tikkonsisti fi “traduzzjoni” tan-novelli f’teatru, xogħol Anthony Ellul u Erin Stuart.
L-awturi Maltin u n-novelli tagħhom huma:
Kit Azzopardi – it-tifel tal-qattus
Keith Borg – Il-Kittieb
Priscilla Cassar – Fir-Rokna
Claudia Gauci – Xlonga
Adrian Grima – Venja
Jacob Piccinino – riMORSE
Leli – Hannah
Rita Saliba – Kulpara
Ġużè Stagno – Mid-Dar għax-Xogħol
Dawk li se jattendu għandhom jikkonfermaw l-attendenza tagħhom billi jiktbu lil keithdjazz@gmail.com minħabba li hemm limitu kemm jesa’ nies il-post.
AVVIŻ: It-tnedija hi miftuħa għal udjenza MATURA.
Ara l-artiklu intervista ta’ Teodor Reljic ma’ Keith Azzopardi fil-Malta Today, “New voices for new pages | Skariggi.”
L-istorja ta’ Adrian Grima nqrat it-Tnejn, 30 ta’ April 2012 fil-Bitħa tat-Teatru Manoel, fis-7:30pm. Din kienet l-aħħar laqgħa minn serje ta’ 3 seminars (“workshops”) li saru b’kollaborazzjoni ma’ PoeżijaPlus ġewwa l-bitħa tat-Teatru Manoel. Il-pubblikatur Chris Gruppetta għamel apprezzament kritiku ta’ kull novella. It-3 novelli kienu “Hannah…” ta’ Leli Psaila, “Fir-Rokna” ta’ Priscilla Cassar, u “Venja” ta’ Adrian Grima.
Ħajr lill-Fond Malti għall-Arti, il-Premju tal-President għall-Kreattività, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, River Dream Ltd, u lill-BOV tal-iffinanzjar tal-pubblikazzjoni u t-tnedija tal-antoloġija. Nirringrazzjaw ukoll lit-Teatru Manoel.
In-novella “Venja” se tiġi ppubblikata fil-ktieb Skariġġi ( li t-tnedija tiegħu se ssir nhar il-Ħadd, 24 ta’ Ġunju 2012.
Keith Azzopardi